TALBIET MILL-BDIEWA GĦALL-GĦAJNUNA MILL-FONDI TA` L-UNJONI EWROPEA
PR0007
04/01/2004
Il-bdiewa kollha li għadhom ma ppreżentawx id-dettalji tal-kont tal-bank jew il-pjan ta` tmexxija kif kienu ġew mgħarrfa, għandhom żmien sal-Ġimgħa, 7 ta` Jannar, 2005 biex jagħmlu dan.
Dan jista’ jsir fiċ-ċentru ta’ l-Ghammieri, fl-uffiċċji tal-pariri tekniċi tal-Mosta, Ħaż-Żabbar, is-Siġġiewi, ir-Rabat jew fl-uffiċċju tal-IACS f’Victoria, Għawdex
Bdiewa oħra li kellhom xi żbalji fl-applikazzjoni tagħhom huma mgħarrfa li se jirċievu appuntament biex imorru fiċ-ċentru ta’ l-Għammieri, jew fl-uffiċċju f’Victoria, Ghawdex, sa mhux aktar tard mid-19 ta` Jannar, 2005.
Għal aktar tagħrif wieħed hu mitlub iċempel fl-uffiċċju ta’ l-IACS fuq freephone 80072310.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en