Left arrow Mur Lura

Katina importanti fl-infrastruttura turistika

pr998
Date Icon 27/08/2003
Metainawgura l-MV Atlantis, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-infrastruttura turistika hi waħda vasta li tiġbor fiha diversi ingredjenti, l-aktar importanti fosthom il-lukandi, il-postijiet ta’ l-ikel, il-postijiet ta’ divertiment u attivitajiet marbuta ma’ kif iqattgħu l-ħin liberu tagħhom it-turisti.
FrancisZammit Dimech qal li jkollna lukandi mill-aqwa u li jagħtu servizz ta’ ħames stilel hu mportanti, iżda dan irid ikun komplimentat minn wesgħa ta’ attivitajiet li jkopru l-ħin liberu ta’ dawk li jżuruna.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-familja Zammit Tabona bdew bil-bini ta’ lukandi u billi mmaniġjawhom. Minn hemm ħolqu sensiela ta’ attivitajiet li l-iskop taghhom hu li jokkupaw il-ħin liberu tat-turisti. Hu fakkar li bħalissa l-Fortel Group qed tibni faċilitajiet fil-Fortina b’investiment ta’ Lm7 miljun maħsuba li jintroduċu f’pajjiżna il-kunċett ta’ deluxe spa.
FrancisZammit Dimech qal li l-Fortel Group espandew ukoll fil-qasam tal-ġiti fuq il-baħar madwar Malta u fil-Port il-Kbir, fil-jeep safaris, fil-yacht chartering u f’servizz bil-ferry bejn ix-Xatt ta’ tas-Sliema u Marsamxett. Hu qal li dawn is-servizzi kollha jagħtu dak il-valur miżjud lit-turisti li jwassluhom biex iqisu b’suċċess il-vaganza tagħhom u anke jgħaddulna kelma tajba ma’ min ikun jixtieq iżur pajjiżna għal vaganza.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-familja Zammit Tabona jistgħu jitqiesu bħala l-pijunieri tal-ġiti fuq il-baħar f’Malta. Hu qal li 29 sena ilu, dawn bdew il-Captain Morgan Cruises b’lanċa waħda chartered, biex tieħu turisti għal żjarat f’Kemmuna. Illum din il-kumpannija għandha 21 opra tal-baħar biex tilħaq ix-xewqat u l-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Hekk imtela’ vojt li bil-mod kif espandiet il-kumpanija, juri kemm kien wieħed kbir.
FrancisZammit Dimech qal li bl-inawgurazzjoni ta’ l-MV Atlantis, il-Fortel Group kienet qed iżżid bastiment ieħor biex tilħaq mad-domanda għal ġiti ta’ ġurnata. Hu qal li dan il-bastiment twil 40 metru kien liċenzjat li jġorr 500 passiġġier u, b’16-il knot fis-siegħa, kien l-aktar bastiment veloċi tal-passiġġieri li kien jopera fl-ibħra Maltin. Hu qal li il-Captain Morgan kienet rinomata li toffri l-aħjar servizzi lill-passiġġieri u anke li ttejjeb il-livell tas-servizz kulfejn ikun  possibbli. Francis Zammit Dimech qal li kien infurmat li kienet l-intenzjoni tal-kumpannija li tkompli ttejjeb is-servizzi biex inkunu aġġornati mar-regolamenti Ewropej sew għat-turisti kif ukoll għan-nies tal-lokal.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech appella lil kulħadd biex inkomplu ntejjbu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Hu qal li fil-qasam turistiku kulħadd irid jagħti sehemhu, il-Gvern, l-istakeholders kollha mill-kbir saż-żgħir, il-media u l-pubbliku. Hu fakkar li l-aktar li jitfa’ lura s-settur turistiku hu n-nuqqas ta’ ndafa. Semma li l-indafa ta’ pajjiżna ma tiddependix biss mill-Gvern, li qed ipoġġi għad-diżpożizzjoni tal-poplu l-mezzi kollha immaġinabbli, biex il-pajjiż jinżamm nadif, iżda tiddependi aktar u aktar minn kull wieħed u waħda minnha.
FrancisZammit Dimech qal li wasal iż-żmien li jittieħdu miżuri aktar ħorox biex min jinqabad iħammeġ ikun kastigat kif jixraq.
Il-Ministrugħat-Turiżmu irringrazzja lill-kumpannija Captain Morgan Cruises għall-inizjattivi tagħhom favur is-settur turistiku. Hu qal li kienet l-imprenditorija ta’  kumpanniji bħal dawn li twassal biex intejjbu l-prodott turistiku tagħna bl-iskop li nattiraw aktar turisti lejn  pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow