Left arrow Mur Lura

Diskors mill-E.T. Il-Prof. Guido de Marco, President ta’ Malta, fl-okkazjoni ta’ L-X Anniversarju Mit-Twaqqif tal-Kunsilli Lokali - Il-Palazz tal-Verdala - 27 ta’ Awissu 2003

pr997
Date Icon 27/08/2003
Il-Kunsilli Lokali li intom tirrapprezentaw saru parti integrali mill-hajjapolitika tac-cittadin Malti: sabu posthom sewwa fin-nazzjon taghna; saru rabta mportanti fin-nisga istituzzjonali ta’ pajjizna.  Dan huwa xhieda ta’ kemm kienet mizura li thares ‘l quddiem, meta l-Gvern Malti rega’ introduca f’pajjizna l-Kunsilli Lokali; Kunsilli Lokali li taht forma jew ohra kienu ga jezistu f’Malta izda, fl-ewwel snin tal-kolonjalizmu Ingliz gew aboliti biex cedew posthom ghall-awtorita’ centrali ta’ gzira fortizza.
F’dawnl-ghaxar snin li ilhom jezistu, il-Kunsilli ghenu biex jinbidel il-mod kif issir il-politika go pajjizna.  Gabu madwar mejda f’posizzjoni rarament ta’ konfront, kunsillieri minn partiti politici differenti, biex jahdmu flimkien fl-interess tal-belt jew il-villagg taghhom.
Il-Maltinillum ghandhom aspettativa gholja mill-Kunsilli taghhom u l-Kunsilli zviluppaw sensittivita’ qawwija lejn l-interessi tal-elettorat taghhom.
Metal-Gvern introduca l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, ta lok ghall-evoluzzjoni tad-demokrazija u ghad-devoluzzjoni tal-poter f’pajjizna.  It-twaqqif tat-68 Kunsill f’Malta u Ghawdex hija twettieq tal-principju tas-sussidjarjeta’ u ressaq it-tmexxija tal-pajjiz iktar vicin il-poplu.  Bis-sahha tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli taghkom saru parti ntegrali mill-paesagg demokratiku Malti rikonoxxut u stabbilit ukoll fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Bis-sahhatad-devoluzzjoni tal-poter, id-decizjonijiet bdew ftit ftit, skond il-kaz, jittiehdu mic-cittadin b’awtonomija proprija.  Dan hu dak li twettaq s’issa.  Ghad fadal hafna xi jsir.  Il-Kunsilli Lokali ghandhom ikunu il-mutur li jghatu identita’ aktar hajja lill-ibliet u lill-villaggi taghna, billi jsahhu l-grajjiet individwali taghhom, billi jharsu l-wirt storiku li hemm fil-lokalita’, billi jsebbhu l-ambjent, jibzghu ghalih u jiddefenduh.  Ghaliex il-Kunsilli Lokali, ghax huma qrib ic-cittadin ghandhom ikunu huma l-moventi ta’ kampanja ta’ edukazzjoni kontinwa li nharsu l-gmiel ta’ artna.  Ma’ nistghux nikkuntentaw ruhna billi ngergru jew nipprotestaw.  Ghandna nkunu izjed pozittivi u nkunu ahna ewlenin fil-process biex ikollna Malta nadifa li taf thares u tivvalorizza il-wirt taghha. Li nrawmu sens civiku fl-ibliet u l-irhula taghna tibqa missjoni partikolari tal-Kunsilli Lokali.

Sinjuri,

Il-Kunsilli taghkom ghandhomrwol importanti mhux biss fl-izvilupp ta’ pajjizna izda permezz tal-gemellaggi li qeghdin tibnu ma’ kunsilli lokali Ewropej, qeghdin tippartecipaw fil-kostruzzjoni ta’ l-Ewropa tal-popli, li fl-ewwel ta’ Mejju 2004 bir-rieda demokratika taghna, ser naghmlu sehem minnha, u nressqu l-istituzzjonijiet Ewropej lejn ic-cittadini taghha.
Jienanara dawn il-gemellaggi ma’ lokalitajiet ta’ pajjizi barranin bhala gemellaggi li jaghtu l-opportunita’ li nghixu, f’diversita’ kulturali, l-ghaqda tal-gnus.  Intom qeghdin tikkonfermaw dak li dejjem emmint fih, dak li jkun hemm  ‘a people to people approach’ u billi jersqu lejn xulxin mhux biss gvernijiet izda wkoll il-popli permezz tal-hajja taghhom ta’ kuljum.
Nixtieqnghixu flimkien l-importanza tar-relazzjonijiet internazzjonali fl-isfond ukoll tal-vokazzjoni li wriet Malta matul l-istorja, li, kif qalilna ukoll il-Papa Gwanni Pawlu II, meta zarna fl-2001, ghandna nkunu:
‘Bennejja ta’ pontijietbejn il-gnus tal-bahar Mediterran, bejn l-Afrika u l-Ewropa.’
Iltqajnaillum fl-ghaxar anniversarju tal-fondazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Palazz Presidenzjali tal-Verdala biex bhala President ta’ Malta, pubblikament nirrikonoxxi x-xoghol li intom qeghdin twettqu mal-poplu taghna.
Kiftafu intom, il-bibien tal-ufficcju tieghi huma dejjem miftuha ghalikom.  Ghax hemm rabta partikolari bejn il-President ta’ Malta u l-Kunsilli Lokali.  Dan hu l-messagg li jien irrid inwassal mill-vizti ufficjali li naghmel fil-lokalitajiet taghkom.  Din hija rabta mhux protokollari jew cerimonjali, izda rabta ta’ impenn u hajja li jfissru l-ghaqda tal-poplu taghna kif simboleggjat fil-President ta’ Malta.  Ahna lkoll maghzulin biex inkunu ta’ servizz ghall-poplu taghna.
Mahemmx unur ikbar minn dak li tigi elett biex isservi l-poplu tieghek.

Nirringrazzjakom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow