DISKORS MILL-ONOR. DR. TONIO BORG, MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN, WAQT KUNCERT FL-OKKAZJONI TA’ L-10 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI - IL-PALAZZ TAL-VERDALA - 27 TA’ AWISSU 2003
pr996
27/08/2003
| Ghaxar snin ilu f’pajjizna rajna t-twaqqif | tal-Kunsilli Lokali u tul dawn is-snin rajnihom jevolvu, minn esperiment ta’ devoluzzjoni ta’ poter mill-Gvern Centrali lil nies, li ghax jghixu fl-istess lokalita’, jafu u jifhmu ahjar il-htigijiet tar-residenti, ghat-twessiegh ta’ poteri u responsabbiltajiet ikbar. |
| Illum il-Kunsilli | Lokali jiffurmaw parti mill-aqwa ligi tal-pajjiz, il-Kostituzzjoni, b’xhieda li l-partiti politici kollha f’Malta jaqblu li l-holqien tal-Kunsilli fisser titjib fil-mod kif bih jitmexxew il-lokalitajiet f’pajjizna. Il-Gvern li minnu naghmel parti jien, minn dejjem emmen dan, tant li kull sena zied l-ammont ta’ fondi li jaghti lill-Kunsilli biex dawn ikunu jistghu jamministraw u jaqdu r-responsabbiltajiet taghhom, li issa qed ilahhaq mal- 11-il miljun lira fis-sena. Bil-Kunsilli Lokali gie zgurat li dawn il-flus jintefqu fi progetti mxerrda ma’ Malta u Ghawdex biex tibbenefika kull lokalita’ u kull komunita’. |
| Xhieda ta’ | hidmet il-Kunsilli tidher f’kull belt u rahal ta’ Malta u Ghawdex. Mhux qed nghid li ma kienx hemm intoppi izda generalment nista nghid li l-Kunsilli, minkejja l-awtonomija taghhom, hadmu b’koperazzjoni mad-dipartimenti u agenziji tal-Gvern ghal gid tac-cittadin li jirrapprezentaw. Biex naghti ezempju wiehed, il-Kunsilli Lokali kienu strumentali biex jinfirxu mal-pajjiz kollu s-servizzi elettronici li joffri l-Gvern. |
| Issa rridu nharsu | l’quddiem. Illum, ghaxar snin wara t-twelid tal-Kunsilli, irridu naraw x’ser ikun il-pass li jmiss, fejn sejrin, it-triq quddiemna. Ghal dan il-ghan iktar tard din is-sena il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, ser jorganizza Konferenza Nazzjonali proprju biex nevalwaw l-ahhar ghaxar snin ta’ hidma tal-Kunsilli u flimkien naraw x’inhu l-pass li jmiss. Issa li l-pedamenti tqeghdu fis-sod, jenhtieg li nkomplu nibnu fuq l-esperjenzi ta’ dawn l-ghaxar snin, ghal gid tal-komunitajiet taghna. |
| Quddiemna illum | ghandna sfida jew ahjar opportunita’ gdida. Id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea zgur li ser isservi biex il-Kunsilli jiksbu finanzjament ghal progetti fil-lokalitajiet rispettivi taghhom, ghal gid tal-komunita’ li huma jirrapprezentaw. |
| Perswaz li hafna | Kunsilli ser iqumu ghal dan l-impenn u jiehdu din l-opportunita’ biex jizguraw titjib fil-kwalita’ tal-hajja tar-residenti fil-komunita’ li jirrapprezentaw. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en