Left arrow Mur Lura

Stqarrija konġunta mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-GRTU dwar il-qagħda fil-Pitkalija

pr994
Date Icon 26/08/2003

Wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, is-Segretarju Permanenti u d-Direttur tal-Agrikoltura fl-istess ministeru, flimkien mad-Direttur Ġenerali tal-GRTU analiżżaw il-proċeduri mħaddma mill-Pitkala fil-Pitkalija Ċentrali f’Ta’ Qali.

Dan l-eżerċizzju sar bil-għan li jkun stabbilit:

  • kemm fil-fatt qed jitwarrbu prodotti qabel il-ftuħ tal-Pitkalija għax-xerrejja;
  • għal min qed isir dan it-twarrib;
  • jekk dan it-twarrib hux qed jaffetwa ħażin il-prezzijiet li jirċievu l-bdiewa u l-ħlasijiet li jħallsu x-xerrejja;
  • jekk it-twarrib hux qed joħnoq l-għażla tax-xerrejja b’mod determinanti.
Mill-analiżi li saret irriżulta li l-bdiewajippreferu s-sistema li qed titħaddem fejn parti tal-biegħa tkun imwarrba għal min jordna minn qabel u l-parti l-oħra tibqa’ disponibbli għax-xerrejja, kemm dawk li jkunu ordnaw kif ukoll dawk li jippreferu li ma jordnawx minn qabel.
Mill-istess analiżi ħareġ ċar li l-maġġoranzaassoluta li jordnaw minn qabel u li għalihom titwarrab il-biegħa, huma fil-fatt hawkers li jbiegħu ħaxix u frott frisk u sidien ta’ ħwienet li jbiegħu ħaxix u frott.
Irriżulta wkoll li l-proporzjon ta’ twarrib ivarjaminn Pitkal għal ieħor, tant li hemm minn iwarrab madwar 5 fil-mija u oħrajn li jwarrbu sa’ 75 fil-mija, skond id-domanda.
Fil-ħin tal-ftuħ tal-Pitkalija għax-xerrejja, qedjibqa’ konsistentament għażla xierqa għal kull min ikun irid jixtri, wara li jara l-biegħa. Il-problemi jinħolqu meta ċertu prodotti jkunu skarsi u dan jiġri minn żmien għall-ieħor fuq prodotti differenti.
Il-ħsieb tal-Ministeru hu li jgħaġġel il-proċesstal-iżvilupp tal-Pitkalija kemm f’dawk li huma faċilitajiet kif ukoll fi proċeduri. Sa ma jitwettaq il-pjan ta’ riforma, l-operat tal-Pitkalija ser jibqa’ jkun sorveljat il-ħin kollu. Il-Pitkala ngħataw struzzjonijiet biex ikun assigurat li l-proporzjon bejn bejgħ ordnat minn qabel u mwarrab, u biegħa disponibbli għax-xerrejja li jmorru l-Pitkalija u jordnaw dak il-ħin, jibqa’ wieħed ġust u mingħajr il-ħtieġa ta’ impożizzjoni ta’ kontrolli ġodda.
Il-GRTU, min-naħa tagħha, ser tispjega lix-xerrejjal-proċeduri li ser jitħaddmu biex ikun assigurat operat aktar effiċjenti u ġust għal kullħadd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow