Left arrow Go Back

Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern iwiegeb kummenti fl-istampa dwar hruq f’Lukanda fil-Qawra

pr993
Date Icon 26/08/2003
Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jaghmel referenza ghal dak li gierappurtat f’sezzjoni tal-istampa dwar hruq f’lukanda fil-Qawra.
Sas-sena 1996, f’Malta kien hawn zewg FireStations, wahda fil-Furjana u l-ohra f’Kordin. Dawn kienu jithaddmu minn madwar 18-il firefighter u kienu jlahhqu ma’ Malta kollha.
Minn dak iz-zmien ‘l hawn, u sabiex ikun hemmtqassim ahjar kif ukoll sabiex jintlahqu postijiet ta’ incidenti fl-inqas hin possibbli, infethu zewg fire stations ohra: wahda fix-Xemxija u l-ohra f’Hal-Far. Barra minnhekk, giet ukoll iffurmata skwadra Marittima.
Fil-present, in-numru ta’ personnel effettivi lijkunu "on duty" ghal erbgha u ghoxrin siegha kuljum ikun ta’ 24, li jkunu mqassma fl-istazzjonijiet kollha, kif indikat hawn fuq.
Meta jigri, bhal ma gara ‘il bierah, li jimirdu ximembri li jkunu fuq ix-xoghol, jissejhu membri minn stazzjonijiet ohra sabiex jaghtu l-ghajnuna jekk ikun hemm il-htiega. Hekk gara fl-incident tal-bierah u, kif gie rappurtat mill-media kollha, is-sitwazzjoni kienet taht kontroll fi ftit hin Ta’ min jghid ukoll illi kien hemm tlett membri mill-istazzjon tax-Xemxija li waslu fuq il-post u malli gew ikkunsidrati il-htigijiet, gew imsejha aktar membri minn stazzjonijiet ohra li waslu wara ftit tal-hin.
Huwa assolutament bla bazi l-kumment li ntqal, illikieku nqala’ incident iehor kienet tkun sitwazzjoni tal-misthija. Il-Fizzjali tad-Dipartiment huma nies responsabbli u mharrga sabiex jiehdu l-passi mehtiega taht dawn ic-cirkostanzi, u li bihom jigu mqassma il-‘personnel’ u l-‘equipment’ skond il-htigijiet.
Ta’ min jghid ukoll illi d-Dipartiment, permezz ta’l-apparat li ghandu, kif ukoll tal-membri mharrga kif suppost, dejjem hargu bl-unuri fit-twettiq ta’ dmirijiethom, ukoll meta c-cirkostanzi kienu aghar minn tal-bierah. Kummenti bhal dawk li dehru f’sezzjoni ta’ l-istampa zgur li jnaqqsu l-moral ta’ dawn il-haddiema li tant qed jaghtu servizz tajjeb lic-cittadini Maltin.
Fl-ahharnett wiehed ta’ min jghid li, ghalkemmamminstrattivament Malta hija mqassma f’zoni ghal dak li hu xoghol ta’ Protezzjoni Civili, jibqa’ dejjem il-fatt illi dan huwa Korp wiehed li jaqdi l-esigenzi tal-pajjiz kollu u mhux biss ta’ xi zona partikolari.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow