Skejjel Trasformati
pr992
26/08/2003
| Wara li s-sena li għaddiet sar xogħol estensiv fl-iSkola Primarja | Carmela Sammut fil-Mosta, din is-sena kien imiss l-iSkola Primarja E.B. Vella li tinsab biswitha. |
| L-iskola E.B. Vella hi waħda mill-40 skola li fihom | qed isiru xogħlijiet ta’ mmodernizzar waqt dan is-sajf. Ħafna minn dan ix-xogħol hu mistenni li jkun lest għat-tfal qabel ma jirritornaw għall-iskola x-xahar d-dieħel. F’xi skejjel fejn qed isir xogħol strutturali u ta’ refurbishment, ix-xogħol ikompli għaddej filwaqt li jittieħdu l-mizuri kollha ta’ sigurta` u biex il-lezzjonijiet jkunu jistgħu isiru b’mod normali. |
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea | qal li żgur li t-tfal u l-ġenituri tagħhom kif ukoll l-istaff kollu ta’ l-iskejjel li fihom qed isir x-xogħol, se jsibu skola differenti ħafna minn dik li ħallew fil-bidu tal-vakanzi tas-sajf. Hu qal li fl-iskola tal-Mosta qed issir trasformazzjoni sħiħa għax qed jinbidlu: l-aperturi ta’ barra u ta’ ġewwa kollha; l-art kollha; l-irħam tat-taraġ; u l-faċilitajiet sanitarji. Sar ukoll tibdil f’xi soqfa u nbena sular intermedju f’parti mill-iskola. L-iskola kollha tbajjdet b’kuluri vivaċi, saru diversi rampi biex titjieb l-aċċessibblità, u qed isir titjib u mmodernizzar tal-faċilitajiet rikreattivi. |
| Fl-iskola E.B. Vella tal-Mosta, l-Fondazzjoni | għall-iSkejjel ta’ Għada qed twettaq it-tlett programmi li għandha, jiġifieri dak ta’ l-immodernizzar ta’ l-ispazji interni, dak tat-titjib tal-faċilitajiet rikreattivi u dak ta’ l-aċċessibilità fl-iskejjel. |
| Il-Ministru Galea qal li minbarra l-40 skola fejn qed | isir xogħol ta’ mmodernizzar u refurbishment hemm ukoll 10 lifts li qed jiġu stallati f’diversi skejjel kif ukoll hemm ippjanati 13-il lift ieħor. Dawn il-lifts flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ rampi u titjib tal-faċilitajiet sanitarji - biex dawn ukoll ikunu aċċessibbli - hu parti mill-programm tal-Fondazzjoni biex l-iskejjel kollha jkollhom aċċessibilità sħiħa għall-persuni b’diżabilità. Fl-istess ħin il-Fondazzjoni qed taħdem ukoll biex tissaħħaħ il-provvista ta’ l-elettriku f’dawn l-iskejjel b’investiment ta’ madwar nofs miljun lira biex jinbnew diversi sub-stations u jitwaħħal l-apparat meħtieġ. |
| Louis Galea semma wkoll 12-il skola fejn qed isir | xogħol ta’ titjib fil-faċilitajiet rikreattivi; 18-il skola fejn qed isir xogħol ta’ bdil ta’ aperturi kemm ta’ l-aluminium kif ukoll, fejn hemm bżonn, ta’ l-injam biex tinżamm l-estetika; 12-il skola fejn qed isir titjib tal-provvista ta’ l-elettriku; diversi skejjel fejn qed isir waterproofing tas-soqfa; 10 skejjel fejn f’kull skola qed isiru żewġ klassijiet biex ikompli jitwettaq il-programm ħilti u id f’id tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi; 10 skejjel sekondarji fejn qed isiru u jiġu mmodernizzati mat-22 workshop u 7 Laboratorji; u proġett pilota fi tliet skejjel biex titjieb is-siġurtà. |
| Sadattant il-Fondazzjoni bdiet programm ta’ tisbieħ | u manutenzjoni fl-iskejjel li diġà sar xogħol fuqhom is-sena li għaddiet biex l-ambjent jinżamm f’livell għoli. Il-Ministru Louis Galea qal li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada qed tieħu l-passi meħtieġa biex issaħħaħ l-organizzazzjoni u s-sistemi interni ta’ kontroll finanzjarju u ta’ kwalità bl-iskop li twettaq aħjar il-missjoni li afdalha l-Gvern fir-rigward ta’ l-iskejjel kollha tiegħu. |
| Minbarra x-xogħol ta’ bini ta’ skejjel u refurbishment, | wara li tiftaħ is-sena skolastika l-FTS ser tibda ix-xogħol biex toħloq sistema ta’ maintenance regolari ta’ l-iskejjel billi torganizza f’taqsima apposta il-ħaddiema ġenerali, industrijali u tekniċi li għandha d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Għall-FTS maintenance ser ikun jinkludi t-tindif u l-ispazji ta’ siġar, pjanti u fjuri li jeżistu fl-iskejjel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en