Imħuħ Kreattivi f’Soċjeta' Innovattiva
pr991
26/08/2003
| “L-Innovazzjoni, li hi r-riżultat tal-ħsieb kreattiv tagħna, m’għandhiex | tkun biss limitata għall-industrija u l-kumpaniji. Nemmen u nixtieq nara l-pajjiż kollu jaħdem f’din id-direzzjoni”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, waqt il-ftuħ ta’ laqgħa organizzata mill-Innovation Relay Centre (IRC-Malta) dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija. |
| IRC – Malta hu parti minn Network Ewropew ta’ | IRCs u kien beda jsehh f’Diċembru li għadda mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija MCST u hu proġett iffinanzjat mill-Gvern Malti u mill-UE taħt il-Fifth Framework Programme. |
| “Bħala pajjiż żgħir f’nofs il-Mediterran | għandna nesploraw l-opportunità li niżviluppaw f’Soċjetà ta’ l-Innovazzjoni (Innovation Society)” tenna Louis Galea. Hu qal li d-daqs ta’ pajjiżna u l-kapaċità tagħna biex nitgħallmu, jagħtuna l-opportunità niżviluppaw f’pajjiż ta’ l-innovazzjoni. Biex dan iseħħ irid ikun hemm l-involviment u ta’ kull qasam tas-soċjetà Maltija b’mod partikolari dak edukattiv. |
| L-IRC ta’ Malta għandha l-iskop li tgħin | lill-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra ta’ riċerka biex ikun hemm trasferiment tat-teknoloġija minn u lejn pajjiżna. L-idea hi li tip ta’ teknoloġija li tkun qed tintuża f’pajjiż, inkluż pajjiżna, tiġi addottata f’industrija jew suq ġdid. B’hekk iż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw peress li jkun hemm użu aħjar tat-teknoloġiji eżistenti. |
| Skop ewlieni ta’ l-IRCs, li minnhom fl-Ewropa u f’diversi | pajjiżi ġirien hemm mat-68 ċentru reġjonali, hu li jixprunaw l-innovazzjoni u l-ko-operazzjoni bejn il-pajjiżi. Ix-xogħol tal-IRCs hu immirat l-aktar lejn l-industriji ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), iżda jistgħu jgħinu wkoll lill-kumpaniji kbar, istituti tar-riċerka, universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, ċentri tat-teknoloġija u aġenziji ta’ l-innovazzjoni. |
| Fl-aħħar ħames snin, l-IRCs b’ħidma ta’ | ko-operazzjoni bejniethom irnexxielhom jwettqu mal-5,000 trasferiment tat-teknoloġija u kienu ta’ għajnuna għal aktar min 65,000 klient. |
| Għal-laqgħa attendew mal-100 delegat li gejjin minn | kumpaniji privati u pubbliċi, organizzazzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet edukattivi, Ministeri, partiti politiċi u oħrajn. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en