Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa’ ma’ bejjiegha tal-haxix

PR99
Date Icon 27/01/2003

“L-Unjoni Ewropea. titlob lil kull Gvern tal-pajjiżi membri biex inaqqsu l-burokrazija u jaraw li dejjem ikollhom l-aħjar liġijiet għal min huwa żgħir fin-negozju. "B’din id-direzzjoni l-Gvern s-sena li għaddiet, issimplifika liġijiet li kienu jirregolaw fost oħrajn, il-bejgħ minn street hawkers." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta ltaqa' ma' numru tal-bejjiegħa tal-ħaxix quddiem il-Pitkalija, dalghodu.

Is-Sur Vassallo spjega li l-liġi li issa tirregola lil dawn il-bejjiegħa tippermetti li sakemm qiegħed isir hawking, jiġifieri l-attivita' tal-bejgħ minn dawn il-bejjiegħa fit-toroq, il-bejgħ jista' jsir minn kull post, dejjem sakemm il-vettura tkun ipparkjata b’mod li ma tkunx qed tikser ir-regolamenti tat-traffiku. Hekk kien jista' jsir fl-imgħoddi u hekk għadu jista' jsir illum.

Is-Sur Vassallo kompla jispjega li ma' dan il-principju, il-Gvern żied il-kumdita' ġdida li bejjiegħ fi triq jista' joqgħod wieqaf bla ma jiċċaqlaq kemm-il darba jkun 50 metru 'l bogħod minn ħanut. Madanakollu, s-Sur Vassallo għamilha ċara ma' dawn il-bejjiegħa li sakemm bejjiegħ għandu l-klijenti madwaru qegħdin jixtru, allura dan ikun qed jagħmel hawking li l-liġi tippermetti li jsir minn kull post, bla limitu ta’ xejn ħlief li ma jkun hemm xejn li jtellef lit-traffiku jew li ma jingħalaqx passaġġ jew bankina.

Wieħed għandu jara l-liġi sewwa qabel ma’ jgħid li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern Malti jkollu jneħħi l-liċenzji ta' dawn il-bejjiegħa. Bil-kuntrarju l-Gvern qed jgħin lil dawn il-bejjiegħa jaħdmu bla xkiel, filwaqt li ma joħloqx diffikultajiet lil tal-ħwienet. Dak li l-Unjoni Ewropea tobbliga lill-Gvern, hu li jara mhux li jneħħi l-liċenzi ta' min qieghed fin-negozju, iżda li jħares l-impjieg ta' kull min hu fin-negozju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow