Left arrow Go Back

Stqarrija maħruġa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali dwar it-Tarznari

pr989
Date Icon 26/08/2003
L-istqarrijatal-bierah tas-CNI kif ukoll dak li ġie rappurtat li ntqal minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici jkomplu juru li f’pajjiżna għad hawn min jippreferi jgħix fl-imgħoddi minflok li jiffaċċja l-isfidi reali u l-opportunitajiet li għandu pajjiżna.
Fostl-isfidi li issa ilna niffaċċjaw f’pajjiżna għal għexieren ta’ snin, hemm dik li nġibu t-Tarznari fuq saqajhom u nwaqqfu l-emorraġija ta’ flus li l-poplu Malti ilu jħallas mit-taxxi tiegħu. Studju wara ieħor wera li biex it-Tarznari jqumu fuq saqajhom hemm bżonn li jonqos in-numru ta’ ħaddiema, jidħlu sistemi ta’ xogħol flessibbli, u tiżdied il-produttività.
Dawnkienu l-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport ‘Appledore’ li sar fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista ta’ l-1997-1998. Dak l-istess rapport ippropona pjan ta’ ristrutturazzjoni li Dr. Karmenu Mifsud Bonnici stess kien involut fih. Dak l-istess pjan ippropona li l-ħaddiema fuq ix-xogħol ta’ tiswija ta’ vapuri jonqos b’mod drastiku, billi l-ħaddiema jinqasmu fi tlett gruppi, li wieħed minnhom biss kellu jibqa’ fuq it-tiswija ta’ vapuri. Mhux talli hekk, imma l-pjan ippropona wkoll li jibgħat in-nies id-dar u jħallashom il-paga.
L-amministrazzjonil-ġdida ta’ l-1998 kompliet tibni fuq ir-rapport ‘Appledore’ u rfinat il-pjan  ta’ ristrutturazzjoni, sakemm dan intbgħat lill-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex il-proposta tal-Gvern li jnaqqas is-sussidju fuq medda ta’ seba’ snin, tkun aċċettata bħala eċċezzjoni mir-regoli tal-kompetizzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. L-istess pjan ġie diskuss fi ħdan it-Task Force li twaqqfet f’Settembru 2001 u sar rapport finali approvat unanimament fit-3 ta’ Diċembru 2001.
Fil-fattdan il-pjan ġie aċċettat mill-Unjoni Ewropea u għalhekk assolutament mhux veru li ġie impost xi ħaġa fuq il-Gvern Malti, imma għall-kuntrarju, il-Gvern Malti nnegozja arranġament speċjali adattat għal dak li ried il-poplu Malti – jiġifieri li nġibu t-Tarznari fuq saqajhom, biex nieqfu nħallsu s-sussidji.
Huwankonċepibbli kif illum Dr. Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li s-soluzzjoni għat-Tarznari hi li jiġu mpjegati aktar nies. Din hi s-soluzzjoni li hu ried idaħħal għal pajjiżna meta kien Prim Ministru u ċioe’ li jimpjega lil kulħadd mal-Gvern, mingħajr ma’ jimpurtah dwar il-piż fuq il-kaxxa ta’ Malta, u mingħajr ma jagħti każ ta’ xejn lejn kwistjonijiet ta’ produttività u effiċjenza u sistemi antikwati ta’ kif isir ix-xogħol.
Il-verità hili dan il-Gvern beda t-triq ta’ ristrutturazzjoni li bdiet billi tnaqqsu l-ewwel 700 persuna mit-Tarznari. Dan kien l-ewwel pass li jista’ jirrendi biss jekk ikun akkumpanjat minn flessibilità u sistemi ta’ xogħol ġodda, li jżidu l-effiċjenza u l-produttività. Huwa proprju għalhekk li bħalissa għaddejjin negozjati dwar Ftehim Kollettiv ġdid li jridu jkunu konklużi sa’ l-aħħar ta’ Settembru li ġej. Dan il-proċess issa sar aktar urġenti fid-dawl tad-deċiżjoni li reċentement ingħatat mit-Tribunal Industrijali dwar iċ-Chargemen.
Jekkdan ma jseħħx, allura l-Gvern ikollu jieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn li jittieħdu biex il-proċess ta’ ristrutturazzjoni ma jiġix imfixkel.
Il-Gvernu l-management tat-Tarzna huma mpenjati li jġibu x-xogħol għat-tarznari tagħna, imma dan irid ikun xogħol li jirrendi l-qliegħ. Jekk ser nibqgħu nġibu xogħol li minnu jintilfu l-miljuni tal-liri, allura mhux biss inkunu qiegħdin inkabbru l-pjaga, imma nkunu qegħdin nissussidjaw lis-sidien tal-vapuri barranin mit-taxxi tal-poplu Malti. Dan il-Gvern hu determinat li dan ma jibqax isir u huwa proprju għalhekk li ħadd u xejn m’hu ser iwaqqaf it-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni skond kif inhu ippjanat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow