Left arrow Mur Lura

Ir-rwol ta’ l-Għalliema fis-Soċjeta'

pr987
Date Icon 25/08/2003
l-Assoċjazzjonigħall-Edukazzjoni ta’ l-Għalliema fl-Ewropa (Association for Teacher Education in Europe – ATEE) qed torganizza f’Malta it-28 Konferenza Internazzjonali tagħha.  Għall-Konferenza, waħda importanti ferm fost l-istituzzjonijiet edukattivi Ewropej, se jkunu qed jattendu aktar minn 300 espert fil-qasam tat-tagħlim ta’ l-għalliema minn madwar 55 pajjiż, l-aktar mill-Ewropa.  Il-Konferenza hi ospitata mill-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta bħala membru tal-ATEE.
It-tematal-Konferenza hi ‘Becoming Teachers in a Learning Organisation – meeting the challenges of the Learning Society’ u se tkun qed tittratta kif it-taħriġ ta’ l-għalliema jingħata biex tassew ikunu preparati għad-dinja tal-lum u tal-futur fejn is-soċjetà qed tinbidel f’waħda ibbażata fuq l-iżvilupp ta’ l-intelliġenza u l-kisba ta’ l-għerf.  Il-konferenza se tiddiskuti wkoll istrutturi u l-proċessi li l-aktar jgħinu l-iżvilupp intellettwali u personali ta’ l-għalliema b’mod li jkunu aktar miftuħa u mħeġġin għall-innovazzjoni u l-isfidi bli ġġib magħha l-edukazzjoni fid-dinja tal-lum.
Il-Konferenzaġiet inawgurata l-bierah mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea fis-Sala Sir Temi Żammit fl-Università, u se tibqa tiltaqa’ sas-27 ta’ Awissu b’diversi sessjonijiet, fejn ser tiġi ndirizzata minn esperti Maltin u oħrajn ta’ fama internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow