Left arrow Go Back

Il-produzzjoni tat-tadam għal din is-sena hi kważi d-doppju tal-produzzjoni tas-sena l-oħra

pr986
Date Icon 25/08/2003
L-indikazzjonijietdwar il-produzzjoni tat-tadam għal din is-sena juru li din se tkun madwar id-doppju tal-produzzjoni milħuqa s-sena l-oħra.  Il-produzzjoni tat-tadam mistennija tkun ta’ madwar ħdax-il elf tunnellata, mqabbla ma’ ftit aktar minn sitt elef tunnellata s-sena l-oħra.
Danħabbru l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, waqt żjara li hu għamel fil-fabbrika Magro Brothers fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, f’Għawdex, li tipprocessa madwar 60 fil-mija tad-tadam lokali.  Huwa żar ukoll il-kumpannija Farmers’ Foods li tinsab fl-istess żona industrijali.
Il-MinistruPullicino qal li ż-żieda fil-produzzjoni tat-tadam hi dovuta kemm għall-impenn tal-Ministeru u tal-bdiewa nfushom, kif ukoll għall-interess dejjem jikber mill-proċessuri f’dan is-settur.
Hużied jgħid li l-mira tal-Gvern hi li bis-saħħa tal-għajnuna, kemm finanzjarja kif ukoll teknika, is-settur tat-tadam għall-ipproċessar jagħmel qabża ’l quddiem fil-kwalità u fil-produzzjoni, biex inkunu nistgħu nilħqu l-livell ta’ produzzjoni ta’ 27,000 tunnellata li ġie miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea.
Il-MinistruPullicino enfasizza l-fatt li l-prodott Malti jkun ipproċessat f’anqas minn 24 siegħa minn x’ħin jinqata’.  Dan jiggarantixxi prodott frisk.  Ħafna drabi f`pajjizi oħra t-tadam idum minn tlieta sa’ erbat ijiem biex jiġi pproċessat.
GeorgePullicino qal li t-tkabbir tat-tadam għall-ipproċessar huwa kkunsidrat bħala wieħed mis-setturi l-aktar importanti fil-biedja lokali u kien proprju għalhekk li l-Ministeru responsabbli għall-biedja kien ħa deċiżjoni illi dan is-settur għandu jingħata attenzjoni speċjali biex mhux talli ma jmurx lura, iżda jirreġistra progress.  Fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti nnegozja b’suċċess biex dan is-settur ikun jista’ jingħata għajnuna finanzjarja biex tiżgura li l-produtturi jibqgħu kompetittivi wara t-tneħħija tal-levies.
Dinl-għajnuna finanzjarja qed tingħata l-aktar permezz ta` sussidju dirett lill-bdiewa fejn dawn jirċievu prezz minimu ta’ disa’ ċentezmi kull kilo, li seba’ ċenteżmi minnhom jingħataw bħala sussidju u minimu ta’ żewġ ċenteżmi li jitħallsu mill-proċessuri. Minn April tas-sena d-dieħla ’l quddiem, parti mis-sussidju tibda titħallas mill-Unjoni Ewropea, bħalma jsir fil-Pajjiżi Membri kollha fejn jitkabbar dan il-prodott.
Barraminn hekk qed tinghata wkoll għajnuna f’marketing biex il-konsum tal-prodotti tat-tadam lokali jkompli jitkattar, u l-konsumaturi jibqgħu jippreferu l-prodotti lokali aktar minn dawk importati anke meta l-prezzijiet ikunu kompetittivi.
Minbarradin l-għajnuna finanzjarju, il-Ministeru ried ukoll li tingħata għajnuna teknika biex dan is-settur ikun jista’ jtejjeb il-metodi ta’ kultivazzjoni. Dan sar permezz ta’ ftehim ma’ l-istitut agronomiku CIHEAM ta’ Bari fl-Italja biex esperti f’dan il-qasam jiġu Malta diversi drabi biex jistudjaw bir-reqqa’ l-andament ta’ dan is-settur, jgħarfu x’inhuma l-punti pożittivi kif ukoll dawk negattivi u jippreparaw pjan ta’ azzjoni biex tikber kemm il-kwantità kif ukoll isir titjib fil-kwalità. It-tim hu mmexxi minn wieħed mill-esperti ewlenin dwar it-tadam fl-Ewropa, il-Professur Vito Bianco u l-laqgħat li saru matul iż-żjara taghħom intlaqgħu ferm tajjeb mill-partijiet kollha kkonċernati.
Intant,matul iż-żjara f’Għawdex tal-Ministru Pullicino, kien imniedi wkoll uffiċjalment ktejjeb b’riċetti ta’ ikel li jinkludi l-użu ta’ tadam Malti.  Dan il-ktejjeb huwa parti minn kampanja intensiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent favur il-konsum ta’ prodotti ta’ kwalità Maltin.  Ittellgħet ukoll esebizzjoni ta’ ħxejjex, frott u nbejjed Maltin li kienu pprovduti mill-kumpanniji lokali Meridiana, Delicata, Marsovin u Master Wine.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow