Zjara tal-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici fil-Malasja
pr985
25/08/2003
| Il-Ministru | tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. John Dalli temm zjara ta’ erbat ijiem fil-Malasja fejn kien il-mistieden tal-Ministru tal-Kummerc Esteru u Industrija. |
| Matul | din iz-zjara, il-Ministru John Dalli kellu laqghat estensivi ma’ l-organizzazzjonijiet fil-Malasja fis-settur ta’ l-ekonomija. |
| Il-Ministru | Dalli nghata prezentazzjoni mid-dipartiment ta’ l-ippjanar ekonomiku, u mill-organizzazzjonijiet MIDA – responsabbli mill-qasam industrijali, SMIDE – responsabbli mis-settur tal-SME’s, MATRADE – responsabbli mit-tkabbir tal-esportazjoni, MDC – il-Multimedia Development Corporation li hi responsabbli mill-izvilupp li sar f’dawn l-ahhar seba’ snin fis-settur tat-Teknologija u l-Informatika. Il-Ministru Dalli zar ukoll il-facilitajiet ta’ ricerka u ta’ produzzjoni tal-fabbrika tal-karozzi Malasjana Proton. |
| Waqt | id-diskussjonijiet li kellu, il-Ministru John Dalli spjega r-realtà gdida li se titwettaq fl-ewwel ta’ Mejju tas-sena d-diehla, meta Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea. L-imprendituri minn pajjizi barra mill-Ewropa u li jridu jsahhu l-pozizzjoni taghhom fis-suq Ewropej, jistghu joperaw minn Malta u jkollhom passaport miftuh ghall-prodotti u s-servizzi taghhom f’suq ta’ madwar 500 miljun ruh. |
| Barra | minn dan, Malta toffri wkoll il-vantagg l-iehor li tistà tiffacilita bil-bosta n-negozju mal-pajjizi ta’ l-Afrika ta’ Fuq. |
| Il-Ministru | Dalli spjega wkoll it-twaqqif tal-Malta Enterprise u kif din ghandha tkun il-punt fokali ta’ l-izvilupp ta’ l-intrapriza f’Malta. Il-Ministru afferma li se jiehu l-passi mehtiega biex il-Malta Enterprise tibni relazzjoni b’sahhitha ma dawn l-organizzazzjonijiet biex fil-futur isarfu f’attività ekonomika ta’ beneficcju ghaz-zewg pajjizi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en