FTUĦ TA’ KLINIKA MEDIKA U XOGĦOL INFRASTRUTTURALI FIL-LOKALITA’ TA’ L-GĦASRI
pr983
22/08/2003
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex | inawgurat ufficjalment klinika medika ġdida fil-lokalita’ ta’ l-Għasri. |
| F’diskors ta’ l-okkażjoni | l-Ministru Debono faħħret lill-Kunsill Lokali ta’ l-Għasri ta’ din l-inizjattiva li ħa b’riżq l-aspett socjali tal-komunita’ tiegħu, investiment ieħor minn kunsill lokali li qiegħed attent li jippreserva l-karatteristici partikolari tal-lokalita’ tiegħu. Il-Ministru Debono tenniet li s-servizz tas-saħħa huwa servizz bażiku u meħtieġ minn kull bniedem. Kien għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex qies dan il-qasam bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ l-iżvilupp necessarju għal Għawdex u, minħabba f’hekk, investa bis-sħiħ matul il-ħames snin li għaddew u ser ikompli jimpenja ruħu sabiex is-servizzi tas-saħħa fil-gżira ta’ Għawdex ikunu mill-iktar moderni. |
| Il-Ministru għal Għawdex | awgurat li iktar kunsilli lokali fil-gżira jimxu fuq l-eżempju tal-Kunsill Lokali ta’ l-Għasri u jagħtu l-mportanza meħtieġa lejn il-qasam socjali tar-residenti tal-lokalita’ tagħhom. |
| Is-Sindku ta’ l-Għasri, | Andrew Vella stqarr li kienet inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ l-Għasri li jtejjeb is-servizzi medici fil-lokalita’ tiegħu. Kien għalhekk li l-kunsill lokali ħadem sabiex jitwettaq xogħol infrastrutturali, ta’ tisbiħ u tagħmir f’post ewlieni fil-pjazza tar-raħal, li għal dawn l-aħħar xhur ma kienx qed jintuża. S’issa, servizzi medici bażici kienu qed jingħataw minn lokal ieħor biswit il-klinika l-ġdida li pero’ ma kienx daqshekk adegwat għaż-żmenijiet ta’ llum. Il-Kunsill Lokali Għasri għalhekk ħaseb sabiex itejjeb is-servizzi offruti minnu u nvesta fondi sabiex jattrezza klinika ġdida li hi wkoll kompletament accessibbli għal persuni b’diżabilita’ u anzjani. |
| Ix-xogħol relatat mal-modernizzar | u t-tisbiħ tal-klinika, li tinkorpora fiha wkoll waiting room għall-pazjenti, sar permezz ta’ ħaddiema tal-Gvern li ġew mislufa lill-Kunsill Lokali ta’ l-Għasri mill-Ministeru għal Għawdex. |
| Il-klinika l-ġdida, li | ser tkun miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa, tinsab fi Pjazza Salvatur. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll membri tal-Kunsill Lokali Għasri kif ukoll is-Sur Alfred Xerri, ufficjal inkarigat mic-Centru tas-Saħħa, Victoria. |
| Is-Sur Vella rrimarka | wkoll li f’din il-lokalita’ bħalissa għaddejjin żewġ inizjattivi oħra – dik ta’ summer school lit-tfal ta’ l-Għasri kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq il-Fanal. Is-summer school ta’ l-Għasri qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali wara li ħajjar diversi għalliema kwalifikati residenti tal-lokalita’ sabiex joffru ħin b’mod volontarju għall-kura u tagħlim lit-tfal ta’ livell primarju. Bħalissa qed jattendu madwar 30 tifel u tifla. |
| Waqt li l-Ministru | Debono żaret ukoll ix-xogħol li għaddej bħalissa f’parti minn Triq il-Fanal hija rrimarkat is-sens ta’ viżjoni tal-Kunsill Lokali ta’ l-Għasri li, fit-tfassil ta’ proġetti infrastrutturali, qiegħed ifittex li jikkordina mad-diversi dipartimenti governattivi u parastatali koncernati sabiex l-investiment li jagħmel ikun wieħed għat-tul. |
| Qabel ma jingħata l-asfalt | fi Triq il-Fanal fil-fatt, ġew mogħdijja mill-ġdid is-servizzi bażici ta’ l-ilma u l-elettriku, wara liema tqiegħdet bażi ġdida għat-triq biex tiġi msaħħa. Fil-ġimgħat li ġejjin, mistenni jiġi mogħti l-asfalt sabiex anke din it-triq tkun waħda ta’ l-ogħla livell. Il-Ministru Debono faħħret il-kwalita’ ta’ xogħol li qiegħed isir f’din il-lokalita’ u qalet li r-riżultat aħħari se jkun xhieda ta’ l-importanza u t-titjib fil-kwalita’ li ġabu magħhom il-kunsilli lokali f’pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en