Left arrow Go Back

IS-SITWAZZJONI FIL-PITKALIJA

pr981
Date Icon 21/08/2003
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjentjagħmel riferenza għal xi kummenti li saru llum minn xi bejjiegħa tal-ħaxix dwar is-sitwazzjoni fil-Pitkalija.
Filwaqt li l-Ministeru japprezza li hemmdiffikultajiet fl-operat tal-Pitkalija, irid jingħad li hi l-intenzjoni tal-Ministeru li jara li s-sitwazzjoni fil-Pitkalija tkompli titjieb u hu proprju b’dan il-għan ewlieni li għaddejjin il-preparamenti għar-riforma tal-Pitkalija.
Ir-riforma se tinkludi kemm ħinijiet, kif ukoll grading,cold storage u l-immaniġġjar totali tal-pitkalija. Din ir-riforma se ssir wara li jkun hemm konsultazzjoni mill-aktar wiesa’ u li tinvolvi l-partijiet kollha kkonċernati. Bħala parti minn dan il-proċess tlesta wkoll rapport mill-espert Spanjol li tqabbad mill-Gvern u dan issa qed ikun studjat minn kumitat imwaqqaf apposta.
Din il-ġimgħa stess, il-Ministru u s-SegretarjuPermanenti kellhom laqgħa ma’ rappreżentant tal-GRTU fejn matulha kien diskuss it-tibdil meħtieġ fil-Pitkalija, l-aktar dak li se jeffetwa lix-xerrejja.
Din ir-riforma qed tkun iffinanzjata fil-parti l-kbiratagħha mill-fondi tal-protokoll mal-Gvern Taljan.
Il-Ministeru jittama li kulħadd jagħti sehmu fispirtu pożittiv biex is-sitwazzjoni fil-Pitkalija titjieb u dan fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow