Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TAL-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT

pr980
Date Icon 21/08/2003
Il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni ul-Investiment ma jistax ma jikkumentax dwar il-fatt li numru ta’ stqarrijiet mahruga mill-kamp laburista fil-qasam tat-teknologija ta’ l-informazzjoni, huma xhieda tal-mod kif il-Partit Laburista jidher li qam issa, wara raqda twila, u minflok johrog b’rakkomandazzjonijiet kostruttivi, qed jaghmel kummenti li jistghu jkunu detrimentali ghal dan is-settur tant importanti fis-socjetà u l-ekonomija ta’ pajjizna.
L-ahhar xhieda ta’ dan kienet stqarrija mahrugamill-Onor Leo Brincat, kelliem laburista ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni.
Il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni ul-Investiment jixtieq jiccara li ‘s-sistema ta’ l-IT li ghaliha qed issir referenza hija l-qafas ta’ l-infrastruttura li fuqha tigi trasmessa l-informazzjoni fi hdan l-Gvern (Magnet). Dwar dan il-progett il-Gvern kien hareg sejha pubblika ghall-offerti iktar minn sena ilu.
Dwar il-kumment tas-Sur Brincat, dwar kif dan l-investimentser jeffettwa l-ftehim li l-Gvern ghandu mal-Microsoft, il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jixtieq jghid li n-network u s-servers tal-Gvern joperaw firxa wiesa ta’ software, u fil-prezent ma hemm ebda ftehim mal-Microsoft dwar l-uzu esklussiv tas-software taghhom fuq is-servers.

Huwa interessanti wkoll kif l-kelliem laburista jirreferi ghas-sejha ghal sieheb strategiku fl-izvilupp ta’ l-e-Government sitt xhur wara li d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni kien hareg stqarrija dwar dan il-process. Fil-fatt fl-istqarrija li hareg fis-sbatax ta’ Awissu, Leo Brincat, staqsa lill-Gvern x’sar mill-process tal-ghazla. Il-Ministeru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, ifakkar li sitt xhur ilu, fis-sbatax ta’ Jannar 2003 id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni kien ippubblika stqarrija, (http://www.doi.gov.mt/EN/press_releases/2003/01/pr61.asp) fejn fiha kien habbar li, fuq parir tat-tim li kien qed imexxi n-negozjati, l-Gvern waqqaf il-process biex jaghmel ftehim ghal sieheb strategiku wiehed u minflok jahdem favur ftehim ta’ shubija u allejanzi strategici ma’ kumpaniji internazzjonali fuq progetti specifici ta’ l-e-Government. Fl-istqarrija tas-sbatax ta’ Jannar, il-Gvern kien sostna li fil-kuntest tas-success tal-politika ta’ outsourcing fl-izvillupp ta’ l-e-Government, fejn is-settur privat lokali ta’ konferma tal-kapacitajiet u l-hiliet tal-Maltin f’dan il-qasam, il-Gvern kien se jaccellera, kif fil-fatt ghamel, l-isforzi tieghu biex l-izvilupp ta’ sistemi ta’ e-Government isir mill-kumpaniji Maltin. F’dan il-kuntest, il-Gvern ghazel li jhaddem mudell ta’ vertical partnerships ta’ eccellenza ma’ kumpaniji multinazzjonali u fl-istess waqt nassiguraw li l-industrija lokali jkolha rwol attiv fl-izvillupp ta’ mudell ta’ l-oghla livell ta’ l-e-Government f’ Malta.

Il-Ministru Austin Gatt jixtieq ifakkar li l-investiment li dejjem sar u li qed isir fil-qasam tat-teknologija ta’ l-informazzjoni dejjem kien investiment xprunat mill-politika u l-missjoni tal-Gvern li jsahhah l-efficjenza u jtejjeb il-livell tal-kwalita ta’servizz li jaghti lill-pubbliku. Ghallhekk huwa skorrett li wiehed jghid li dan l-investiment qed isir biex nikkonformaw ma’ l-Unjoni Ewropea. Il-verita hija, li l-istess Kumissjoni Ewropea, ikkonfermat li Malta tikkompara tajjeb mal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea f’dak li hu e-Government u hija fost l-aqwa tliet pajjizi fost dawk li ser jissiehbu nhar l-1 ta’ Mejju 2004.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow