Left arrow Mur Lura

HERITAGE MALTA TNIEDI SISTEMA TA’ BILJETTI ĠDIDA U TĦABBAR TARIFFI ĠODDA

pr975
Date Icon 18/08/2003
Heritage Malta – l-aġenzija li tieħu ħsieb il-mużewijiet u s-sitili kienu jaqgħu taħt id-dipartiment tal-mużewijiet – illum niediet sistema ta’ biljetti ġdida flimkien ma rati ġodda għall-viżitaturi f’dawn is-siti.
Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-istampa f’konferenzatal-aħbarijiet, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-biljetti flimkien mat-tariffi ġodda kienu proġetti li kienu ilhom għaddejjin.
"Din is-sistema l-ġdida tal-biljetti tipprovdil-bażi li fuqha l-aġenzija tkun tista’ timplimenta kunċetti ġodda ta’ immaniġġjar għal dawn is-siti," hu qal. "Tipprovdi wkoll il-pjattaforma għal-żviluppi ta’ servizzi oħra bħall-bejgħ tal-biljetti permezz ta` l-Internet li mistenni jibda’ fis-sena 2004."
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura spjega liminnbarra li ser tipprovdi titjib fis-servizz li jingħataw il-viżitaturi fis-siti ta’ Heritage Malta, is-sistema tal-biljetti kienet neċessarja biex jitnaqqas l-abbuż li kien qed ikun hemm mis-sistema manwali. Hu qal li din is-sistema tipprovdi trasparenza kif ukoll faċilita` biex dak li jkun jista’ jsegwi kull tranżazzjoni li tkun qed issir.
Il-Ministru Mugliett iddeskriva is-sistema awtomatikatal-biljetti bħala proġett importanti fil-proċess biex jiġi immodernizzat l-immaniġġar tas-siti ta’ Heritage Malta. L-għan aħħari ta’ dan il-proċess huwa li dawn is-siti jsiru aktar aċċessibbli filwaqt li tingħata esperjenza aħjar lill-viżitaturi. Waħda mill-azzjonijiet li ttieħdu f’din id-direzzjoni hija l-estensjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ fis-sajf. "Fil-futur qarib, ser inkunu qed inħarsu lejn modi ġodda kif nagħmlu l-mużewijiet tagħna aktar attrajenti għall-pubbliku billi ndaħħlu ħinijiet tal-ftuħ innovattivi kif ukoll billi norganizzaw attivitajiet kulturali fil-faċilitajiet tagħna," hu żied.
Aspett ieħor ta` l-iżvilupp li qiegħed jsir huwat-taħriġ ta` l-impjegati. Il-Ministru stqarr li diġa kien reġistrat progress fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-aġenzija.
Il-Ministru Mugliett żvela ukoll li Heritage Maltabdiet studju biex issib kif l-aħjar tista’ ttejjeb is-siti storiċi u l-mużewijiet tagħha biex tittejjeb l-esperjenza għall-viżitaturi. Fi ftit żmien ieħor, Heritage Malta ser tkun qed tinvesti biex ittejjeb wkoll il-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dawn kollha. Hu żied li fix-xhur li ġejjin ser jinbdew ukoll numru ta’ proġetti kapitali li tassew jagħmlu ġieħ lill-potenzjal u r-rikkezza tar-riżorsi kulturali ta’ Malta.
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal liminbarra żviluppi importanti bħal dawn, Heritage Malta qed tinvesti sew fit-titjib ta’ siti li jaqgħu taħtha bħar-Roman Domus fir-Rabat. Hu żied li reċentement, l-aġenzija irnexxielha tiġbed ukoll kumpaniji privati biex jassistu f’titjib f’mużewijiet bħall-Mużew Nazzjonali ta` l-Arti.
Il-fażi tal-makni tal-biljetti li tniediet illum it-Tnejn,hija l-ewwel minn tlett fażijiet. Din ser tqum mal-Lm100,000 li ser jinħarġu kollha mill-fondi kapitali ta’ Heritage Malta.
L-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ser tibda fl-uffiċinita’ Heritage Malta u l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeologija, filwaqt li ser jiżdiedu l-Mużew tal-Gwerra u l-Armerija tal-Palazz fil-ġimgħat li ġejjin. Is-sistema ser tiddaħħal gradwalment fis-siti l-oħra fix-xhur li ġejjin. Għall-ewwel, kull sistema f’kull sit jew mużew ser titħaddem indipendentement. Il-fażi ta’ żvilupp li jmiss ser tgħaqqad dawn is-sistemi kollha ma xulxin ma` l-uffiċini ta’ Heritage Malta.
Intant, matul l-istess konferenza ta` l-aħbarijiet,Heritage Malta ħabbret it-tariffi l-ġodda tagħha li kienu ippubblikati f’Avviż Legali 205 tal-2003 li inħareġ fl-14 t’Awissu.
Meta kien qed jitkellem aktar tard matul l-istesskonferenza, il-Ministru Mugliett qal li t-tariff l-ġodda jirriflettu s-sitwazzjoni li teżisti barra minn Malta u huma kumparabbli ma dawk tal-parti l-kbira tal-mużewijiet u siti arkeoloġiċi fl-Ewropa.
"Id-dħul mill-mużewijiet u s-siti ta’Heritage Malta jerġa jiġi reinvestit fi proġetti li għandhom l-għan li jtejjbu dawn l-istess faċilitajiet," hu qal.
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li l-ebdawaħda mit-tariffi l-ġodda ma hija għolja u dawn mhux mistennija jkollhom effett negattiv fuq in-numru ta’ viżitaturi.
Skond l-Avviż Legali ippubblikat il-ġimgħa l-oħra,it-tariffi għall-adulti baqgħu kif kienu, jiġifieri Lm1, filwaqt li l-ħlas għal tfal bejn it-13 u it-18–il sena sar ta’ 50 ċenteżmu. L-anzjani ta’ ’l fuq minn sittin sena iħallsu 50ċ ukoll. Studenti li jippreżentaw cards ISIC u EURO 26 flimkien ma dawk li għandhom ICOM card ser iħallsu 50ċ. Tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu bla ħlas.
Hemm rati differenti għal żjarat fl-Ipoġew ta’Ħal Saflieni. Hemm ukoll rati speċjali imraħħsa għal min iżur aktar minn sit wieħed f’Għawdex.

It-tariffi l-ġodda ser jibdew jitħaddmu mil-lum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow