Xogħlijiet fl-MCAST b’investiment kapitali ta’ Miljun u Nofs Liri Maltin
pr973
14/08/2003
| Bħala parti mill-programm ta’ investiment kapitali ta’ Lm1.5m li | għandu l-MCAST, bħalissa qed isiru xogħlijiet f’diversi partijiet tal-Kulleġġ MCAST. ‘Ix-xogħol li qed isir bħalissa fl-Istituti differenti ta’ l-MCAST jixhed il-bidliet u l-iżvilupp li għaddej minnu il-Kulleġġ u s-settur ta’ l-edukazzjoni vokazzjonali f’pajjiżna’. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt li żar ix-xogħlijiet estensivi li qed isiru fil-kampus ewlieni tal-MCAST f’Kordin. |
| Qed isir xogħol f’kull blokk li hemm fil-kampus ta’ | Kordin biex jitjiebu l-faċilitajiet eżistenti u jiżdiedu l-faċilitajiet b’mod li l-kulleġġ ikun jista’ jilqa’ fih aktar studenti. Min din is-sena l-MCAST se jkun qed jinkorpora tlett Istituti ġodda kif ukoll se jkunu qed jiżdiedu numru ta’ korsijiet ġodda u l-livelli ogħla ta’ studju. |
Ix-xogħlijiet jinkludu:
- Lecturing Block – dan il-blokk ġie kompletament immodernizzat kif ukoll sar xogħol biex il-blokk jiġi estiz. Dan il-blokk issa se jkollu diversi kmamar għall-lectures kif ukoll laboratorju tal-Fiżika u laboratorji oħrajn. Il-livell ta’ fuq ta’ dan il-blokk se jkollu l-arja kundizzjonata u qed isir lift biex il-blokk kollu jkun aċċessibbli.
- Żewġ blokki ta’ l-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika – l-MCAST minn din is-sena se jkun qed jinkorpora tlett istituti ġodda, wieħed minnhom hu l-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika li se jkun qed juża żewġ blokki fil-kampus ta’ Kordin. F’dawn iż-żewġ blokki qed isir xogħol ta’ mmodernizzar, laboratorji ġodda għat-tagħlim tal-Computer Aided Design – CAD, sistema ta’ arja kundizzjonata f’xi klassijiet, titjib tar-riżorsi u tagħmir li jintuża fil-workshops u mmodernizzar tal-workshops li jinkludi Industrial Rubber Flooring ġdid.
- L-Istitut ta’ l-Inġinerija Elettronika – wara li s-sena li għaddiet sar xogħol estensiv f’dan l-istitut li kien jinkludi l-bini ta’ sular ġdid, din is-sena sar xogħol ta’ mmodernizzar ġenerali kif ukoll installazzjoni ta’ lift ġdid għall-aċċessibilita’.
- Librerija u Resource Centre – f’dan il-blokk qed isir xogħol strutturali biex jinbnew żewġ sulari fuq il-bini eżistenti u l-kmamar li diġà jeżistu jiġu mibdula f’librerija. Filwaqt li l-ewwel fażi tax-xogħol għandha titlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena, ix-xogħol kollu għandu jitlesta sas-sena d-dieħla.
- Il-Blokk Ewlieni – Il-blokk ewlieni se jkun fiħ l-amministrazzjoni tal-kulleġġ, canteen, sala u servizzi oħra għall-istudenti. Ix-xogħol li se jkun qed isir matul din is-sena skolastika fisser li l-amministrazjoni kif ukoll il-canteen ta’ l-istudenti kellhom jiġu rilokati.
- Xogħlijiet oħra – xogħlijiet oħra jinkludu gymnasium ġdid, Motor-Vehicle Repair Workshops u sub-station tad-dawl.
| Intant tlestew kompletament ix-xogħlijiet fl-Istitut | tat-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni u Informatika (ICT) fejn tlesta wing sħiħ li jinkludi klassijiet u laboratorji, uffiċini, staff rooms u lift. |
| Il-Ministru qal li kif kien wiegħed il-Gvern, l-MCAST | qed ikompli jikber u jinkorpora fih aktar istituti u korsijiet filwaqt li qed isir investiment qawwi biex il-faċilitajiet fil-Kulleġġ ikomplu jiżdiedu u jitjiebu. Il-Ministru fakkar li f’Settembru li ġej il-Kulleġġ jibda t-tielet sena ta’ ħidma tiegħu. Hu qal li illum tlett snin wara kulħadd jaqbel li d-deċiżjoni li ttieħdet kienet waħda għaqlija u li qed tagħmel ħafna ġid. Madankollu għad fadal ħafna xi jsir u l-Kulleġġ jonqsu numru ta’ snin biex jiżviluppa. Hu semma fost oħrajn l-iżviluppp fil-livell tal-korsijiet li qed joffri l-kulleġġ. Minn din is-sena għall-ewwel darba fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali l-Kulleġġ se joffri korsijiet fil-livell tal-Higher National Diploma li hu livell wieħed biss il-bogħod minn Degree. B’hekk qed jitħejjew il-pedamenti fis-sod biex id-diplomi ta’ l-MCAST ikunu rikonoxxuti mill-Università u jkunu jistgħu iservu biex studenti ta’ l-MCAST ikomplu studji avvanzati fl-Università. Il-Ministru Louis Galea fisser li waħda mill-miri tal-Gvern fl-edukazzjoni hi li jġib parita’ fl-istima (parity of esteem) bejn korsijiet u ċertifikati tas-sengħa u teknoloġija u dawk akkademiċi. L-MCAST qed iħejji wkoll biex b’saħħtu biżżejjed u jkollu kwalità rikonoxxuta li jibda jwassal studenti għall-livell ta’ degrees kif jaslu fl-Università. |
| Il-Ministru Galea qed jiddiskuti mal-Kulleġġ | programmi bl-iskop li l-ġuvintur u t-tfajliet li jidħlu fil-Kulleġġ ikunu obbligati jipparteċipaw fi programmi ta’ formazzjoni, tisħiħ u enrichment tal-karattru personali. Il-ħsieb hu li fis-snin li jkun għamel kull student/a ikun kiseb esperjenzi rilevanti fl-isport, arti, kultura, storja ta’ Malta, xogħol volontarju, imprenditorjalità formazzjoni spiritwali u żvilupp personali. Il-parteċipazzjoni f’dawn il-programmi tissarraf fi credits li jkunu meħtieġa biex joħroġ iċ-ċertifikat finali. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li hu qed jinsisti li l-Kulleġġ | jidħol bil-kbir għall-iżvilupp ta’ l-etika tax-xogħol f’kull min jattendi korsijiet fil-Kulleġġ. Hu fisser li l-etika ma’ tiġix mill-ajru iżda jrid ikollha bħala punt ta’ referenza lil Alla, hi x’inhi r-reliġjon. L-etika teħtieġ ukoll l-għajnuna kbira ta’ l-istudenti biex dawn jagħrfu id-drittijiet u dmirijiet tagħhom f’dinja tax-xogħol u ta’ konsum ġdida li tirrikjedi ħaddiema responsabbli, flessibbli u krejattivi. |
| Il-Ministru Galea qal li f’din il-leġislatura, | waħda mill-prioritajiet ewlenin se tkun il-ħolqien ta’ Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla (Commission for Higher Education). Din il-Kummissjoni hi parti mir-riforma li trid issir fil-qasam post-sekondarju u terzjarju kif ukoll fil-mod kif jitmexxew l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en