Left arrow Mur Lura

ISSIR L-ATTIVITA’ ‘Clean Up the Seas’ f’Għawdex

pr971
Date Icon 14/08/2003

L-attivita’ annwali Clean Up the Seas f’Għawdex saret matul il-ġurnata tal-bieraħ fil-bajja tax-Xlendi, Marsalforn u f’Kemmuna. Din l-attivita` kienet tikkonsisti f’tindifa ta’ qiegħ il-baħar b’mod manwali minn 90 ghaddas li offrew is-servizz tagħhom mingħajr ħlas. Fi tmiem din l-attivita’, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex iltaqghet ma’ l-ghaddasa li taw sehemhom din is-sena.

Filwaqt li rringrazzjat lill-għaddasa Għawdxin u barranin li mpenjaw ruhhom sabiex anke din is-sena inaddfu qiegħ il-baħar fi tlieta mill-bajjiet l-iktar popolari mal-Maltin u t-turisti, il-Ministru Debono stqarret li “l-inizjattiva li ttieħdet illum turi s-serjeta` u s-sens ta’ responsabbilta` li għandu l-Gvern preżenti lejn l-ambjent li jikkaratterizza pajjiżna.”

"Għawdex huwa magħruf minn dawk kollha li jżuruh bħala gżira kwieta u nadifa. Minbarra l-kultura, drawwiet, tradizzjonijiet, u l-ambjent trankwill illi jfittxu ħafna barranin u Maltin li jżuruna, ċertament ix-xemx u l-baħar huma żewġ elementi mill-iktar imfittxija, iktar u iktar f’dan iż-żmien tas-sena”.

Il-Ministru Debono qalet li l-bajjiet tagħna huma attrazzjonijiet prominenti għat-turisti li jiġu Għawdex mhux biss biex jgħumu iżda iktar minn hekk għal dawk li jiġu jipprattikaw l-isport ta’ l-għadds. Hija fakkret li postijiet f’Għawdex, b’mod partikolari l-inħawi tad-Dwejra, ġew identifikati bħala uħud mill-aqwa siti għall-għadds fl-Ewropa. Hu għalhekk importanti ferm li wieħed inaddaf u fl-istess ħin iżomm il-baħar u l-bajjiet dejjem nodfa.

Hija stqarret li l-aspett ta’ Għawdex bħala gżira nadifa ma ġiex b’kumbinazzjoni. Dan jirriżulta minn numru ta’ fatturi, speċjalment minħabba li l-abitanti ta’ din il-gżira, kull ma jmur, qed isiru aktar kburin bis-sbuħija ta’ Għawdex u aktar konxji mir-rwol tagħhom fit-tisbiħ tal-gżira. Hija qalet li huwa wkoll mertu tax-xogħol li jwettaq id-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll ta’ l-isforzi kollha li l-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iwettqu matul is-snin".

Il-Ministru Debono stqarret li l-Ministeru għal Għawdex minn dejjem żamm l-indafa tal-gżira bħala waħda mill-ogħla prijoritajiet tiegħu, bil-għan li jogħla l-livell ta’ l-għixien f’Għawdex, filwaqt li jtejjeb l-immaġni tal-gżira għall-benefiċċju tat-turiżmu. Hija qalet li permezz ta’ din il-kampanja annwali Clean Up the Seas, il-Gvern qed jagħti s-sehem tiegħu billi jgħin entitajiet privati u volontarji fl-organizzazjoni ta’ kampanji għal tindif ta’ postijiet pubbliċi.

Giovanna Debono rringrazzjat lill-għaddasa li ġabru ammont ta’ skart minn taħt il-baħar u awgurat li l-poplu Malti u Għawdxi jibda japprezza dejjem iktar il-valur ta’ l-indafa, specjalment f’postijiet pubblici.

Hija ħasra, stqarret il-Ministru Debono, li l-Gvern jinvesti tant ħin u enerġija fit-tindif ta’ l-inħawi pubblici u mbagħad ikun hemm min jiddisponi mill-iskart tiegħu fejn ġie ġie u b’mod mill-iktar irresponsabbli. Hija awgurat li attivitajiet bħal Clean Up the Seas isservi bħala okkażjoni tajba fejn il-pubbliku jirrealizza l-beneficcji kollha li jġib miegħu ambjent nadif.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow