Left arrow Mur Lura

L-ISKOLA SEKONDARJA L-ĠDIDA TAL-KARWIJA FI STADJU AVVANZAT TA’ BINI - AVVANZAT WKOLL IL-PROĠETT TA’ ESTENSJONI FL-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL LUQA

pr968
Date Icon 12/08/2003
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor. Louis Galea żar is-sit fejnil-bini ta’ l-iskola sekondarja l-ġdida tal-Karwija issa wasal fi stadju avvanzat.  Il-Ministru Galea qal li kien sodisfatt li fi ftit xhur sar ħafna xogħol biex issa f’partijiet mill-iskola qed jissaqqaf it-tieni sular.  Louis Galea qal li l-iskola tal-Karwija hi l-ewwel skola li qed tinbena mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada (Foundation for Tomorrow’s Schools-FTS). Dan jawgura tajjeb għall-bini tat-tieni skola sekondarja li ser tinbena fil-Mosta (taż-Żokrija) għan-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Ix-xogħolta’ tħammil fis-sit ta’ l-iskola tal-Karwija beda f’Jannar li għadda u f’Marzu tpoġġiet l-ewwel ġebla mill-Prim Ministru.  Minn dak iż-żmien, ix-xogħol baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel biex sa ħames xhur wara, il-livell ta’ isfel kważi lest kompletament mill-kostruzzjoni u issa miexi sew il-bini tas-sular ta’ fuq.  Fil-fatt fil-blokkijiet A, B, u Ċ beda jissaqqaf it-tieni sular, fil-blokk Ċ tlestew il-pedamenti u beda x-xogħol fuq l-ewwel sular, u fis-Central Foyer tlesta l-ewwel sular u ssaqqaf parzjalment.  Tlesta wkoll wieħed mill-ġibjuni ta’ l-ilma u ġew skavati t-tlieta l-oħra li bħalissa qed isirilhom ix-xogħol tal-ġebel.  Beda wkoll jinbena l-‘boundary wall’ ta’ l-iskola li se jkun fiħ aktar minn 700 metru tul.
L-iskolatal-Karwija, li tinsab bejn il-lokalitajiet ta’ Ħal Kirkop u Ħal Safi mistennija tiflaħ sa 1000 student u se tfisser investimet ta’ madwar Lm 2.5 miljun fl-iskola u madwar Lm 2 miljun f’Kumpless Sportiv li għandu jinbena biswit l-iskola.
L-iskolahu maħsub li jkollha:

·        40 klassi u 43 resource room;

·        17-il kamra speċjalizzata li jinkludu kmamar għad-drama, mużika, arti, business u   environmental studies, home economics u PSD;

·        6 laboratorji tal-kompjuter, 8 laboratorji tax-xjenza u 7 laboratorji tat-teknoloġija;

·        Kappella u klinika;

·        Faċilitajiet għall-istaff ta' l-iskola li jinkludu fost oħrajn tliet staff rooms, uffiċini, boardroom u erba' kmamar għall-laqgħat;

·        Librerija;

·        Multi-purpose hall;

·        U diversi faċilitajiet sanitarji f'kull sular għall-istudenti u għall-istaff li jinkludu faċilitajiet għall-persuni b'diżabilita'. 

Il-Ministruqal li bħalissa qed jiġu finalizzati d-disinji tas-sistemi ta’ dawl, ilma, drenaġġ, kif ukoll sistema ta’ telekomunikazzjoni u network tal-kompjuters, xogħlijiet ta’ finitura, aperturi u landscaping bl-iskop li jitħejjew id-dokumenti tat-tenders relattivi li mistennija jiġu ppublikati fix-xhur li ġejjin.  Fl-istess ħin il-Ministeru taż-Żgħażagħ u l-Arti qiegħed iħejji l-pjanti għall-bini tal-Kumpless Sportiv.
Il-MinistruLouis Galea żar ukoll l-iSkola Primarja ta’ Ħal Luqa fejn qed isir proġett kbir ta’ bini ta’ estensjoni ta’ l-iskola.  Il-proġett fl-iskola ta’ Ħal Luqa jinvolvi l-bini ta’ sular ieħor fuq parti mill-iskola u t-twaqqiegħ tal-parti ta’ wara fejn eventwalment ser jkun hemm il-faċilitajiet rikreattivi ta’ l-iskola.   Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ blokk ġdid fiċ-ċentru ta’ l-iskola li fiħ se jkun hemm sala u blokk ieħor għall-klassijiet tal-mużika, drama, xjenza, u arti.  Il-proġett jinvolvi wkoll titjib ġenerali tal-faċilitajiet interni u esterni ta’ l-iskola.
Metajitlesta il-proġett kollu f’din l-iskola, filwaqt li jkunu tjiebu il-faċilitajiet kollha, l-iskola ikollha sala ġdida, numru ta’ klassijiet speċjalizzati u faċilitajiet rikreattivi estiżi.
Il-Proġettta’ l-iskola ta’ Ħal Luqa jinvolvi xogħol li jirrispetta l-ambjent tal-madwar kif ukoll l-estetika ta’ l-istess skola li hi skola li inbniet aktar minn 50 sena ilu.  Dan kien ifisser li d-disinn tal-partijiet il-ġodda kellhom jikkumplimentaw il-bini l-antik u fil-fatt qed jintużaw partijiet mill-lavur tal-bini l-antik biex ma jintilifx il-karattru ta’ l-iskola.
Fl-iskolata’ Ħal Luqa qed isir investiment ta’ madwar Miljun Lira.
Il-MinistruLouis Galea fisser li pass pass ma’ l-iżvilupp ta’ l-ambjent fiżiku ta’ l-iskejjel, jeħtieġ titjieb il-kwalita’ tar-riżultati ta’ l-istudenti.  Fl-iskejjel tal-Gvern jeħtieġ li jiżdiedu, b’mod li jinħass, id-dixxiplina u l-imġieba tajba f’kull livell.  Il-Ministru sostna li issa ħadd m’għandu skuża li ma jafx x’inhi l-policy dwar id-dixxiplina fl-iskejjel, la l-kapijiet, la l-għalliema, la l-istudenti u lanqas il-ġenituri.  Il-policy hi ċara u pubblikata u tistabbilixxi r-regoli ta’ dixxiplina u mġieba għal kulħadd.  Jonqos li tiġi applikata b’mod ġust, bla favuri u konsistenti f’kull skola mill-Iċken sa l-ogħla livell.
Il-MinistruGalea qal li l-ħafna tajjeb li qed isir fl-iskejjel tal-Gvern ikompli jisaħħaħ biex tkompli tikber il-fiduċja tal-ġenituri.  Huwa qal li l-irwol u l-ħila tat-tim edukattiv kif immexxijja mill-kap tagħhom huwa kruċjali biex fl-iskola jinħoloq ambjent sabieħ ta’ ordini, dixxiplina, tagħlim u formazzjoni.  Hu għalhekk li l-Ministeru qed ifassal sistema ġdid ta’ organizzazjoni u tmexxija ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern. Fis-sistema l-ġdid, il-kapijiet ta’ l-iskejjel ser jaħdmu f’ambjent fejn huma jkunu jistgħu jikkonċentraw ħafna aktar fuq l-irwol tagħhom ta’ leaders edukattivi u fejn it-tmexxijja ta’ l-iskejjel issir b’mod maniġerjali aktar effettiv u awtonomu u f’qafas ta’ kurrikulu u strateġija nazzjonali mmexxija mill-Ministeru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow