Il-Ministru George Pullicino jippreżenta għotja ta’ flus lis-sorijiet tal-Ursolini.
pr964
11/08/2003
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ippreżenta għotja ta’ flus lis-sorijiet tal-Ursolini. Il-preżentazzjoni saret waqt żjara li l-Ministru għamel lis-sorijiet fl-Istitut f’Tas-Sliema. |
| L-għotja, | li kienet tlaħħaq Lm1,376, kienet tirrappreżenta d-dħul kollu li sar mill-istand tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta. |
| F’kelmtejn | ta’ l-okkażjoni, il-Ministru George Pullicino qal li hu ta’ sodisfazzjon li seta’ joffri din l-għajnuna lil sorijiet li tant jagħmlu ġid fis-soċjeta’ Maltija. Hu wiegħed l-għajnuna tal-Ministeru fejn dan ikun possibbli. |
| Madre Judith Busuttil, f’isem il-komunita’ kollha tas-sorijiet, kif | ukoll tat-tfal residenti fl-Istitut, irringrazzjat lill-Ministru ghal din id-donazzjoni u qalet li l-flus se jintużaw fi proġetti ta’ titjib li qed isir bħalissa fl-Istitut. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en