Ippublikata ittra mill-Avukat Generali lill-President ta’ Malta
pr963
11/08/2003
| Fis-7 ta’ Awissu | il-Ministru tal-Gustizzja u Intern ircieva minghand l-Avukat Generali kopja ta’ ittra mibghuta mill-istess Avukat Generali lill-Eccellenza Tieghu il-President ta’ Malta, dwar il-kaz ta’ Jamal Badawi li kien akkuzat bi stupru u li iktar tard, minhabba cirkostanzi li jissemmew fl-istess ittra, l-Avukat Generali iddecieda illi l-akkuzat ghandu jingieb biss fuq akkuzi sekondarji u mhux ghall-akkuza ta’ stupru. |
| Peress li din l-ittra titfa’ | dawl dwar il-kaz kollu kif beda mill-Pulizija, ir-ragunijiet validi ghaliex Jamal Badawi tressaq il-Qorti, fuq il-fatti u informazzjoni li l-Pulizija kellha dakinhar u anki dwar il-mod korrett li bih il-Pulizija, malli ndunat li seta’ kien hemm provi u fatti dwar Badawi, gabithom a konjizzjoni tal-Qorti. Il-Ministru tal-Gustizzja u Intern deherlu li ghandu jippubblika din l-ittra, minghajr id-dettalji tal-persuna li ammettiet mal-Pulizija li kienet hi, u mhux Badawi, li kkommettiet ir-reat. Dan minhabba li bhalissa ghadha ghaddejja l-investigazzjoni. |
| Ta’ min jinnota li fl-ittra jidher car li l-Pulizija mexxew kontra | Badawi minhabba li kien gie identifikat bl-iktar mod kategoriku u minghajr ekwivoku mill-vittma tar-reat. Mhux biss, izda l-alibi li offra l-istess Badawi kien ippruvat falz, kif ukoll li ftit wara l-incident, skond il-Pulizija, Badawi kien stqarr ma’ persuna ohra li kellu l-hsieb jitlaq minn Malta. |
| Il-Ministru tal-Gustizzja u | l-Intern qed jippublika l-ittra issa, li l-kaz kontra Badawi inghalaq u minhabba li t-trasparenza titlob li kulhadd ikun jaf ir-ragunijiet ghaliex Jamal Badawi tressaq quddiem il-Qorti mill-Pulizija, kif ukoll ir-ragunijiet validi ghaliex l-akkuzi kontra tieghu gew irtirati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en