Left arrow Go Back

Ippublikata ittra mill-Avukat Generali lill-President ta’ Malta

pr963
Date Icon 11/08/2003
Fis-7 ta’ Awissuil-Ministru tal-Gustizzja u Intern ircieva minghand l-Avukat Generali kopja ta’ ittra mibghuta mill-istess Avukat Generali lill-Eccellenza Tieghu il-President ta’ Malta, dwar il-kaz ta’ Jamal Badawi li kien akkuzat bi stupru u li iktar tard, minhabba cirkostanzi li jissemmew fl-istess ittra, l-Avukat Generali iddecieda illi l-akkuzat ghandu jingieb biss fuq akkuzi sekondarji u mhux ghall-akkuza ta’ stupru.
Peress li din l-ittra titfa’dawl dwar il-kaz kollu kif beda mill-Pulizija, ir-ragunijiet validi ghaliex Jamal Badawi tressaq il-Qorti, fuq il-fatti u informazzjoni li l-Pulizija kellha dakinhar u anki dwar il-mod korrett li bih il-Pulizija, malli ndunat li seta’ kien hemm provi u fatti dwar Badawi, gabithom a konjizzjoni tal-Qorti. Il-Ministru tal-Gustizzja u Intern deherlu li ghandu jippubblika din l-ittra, minghajr id-dettalji tal-persuna li ammettiet mal-Pulizija li kienet hi, u mhux Badawi, li kkommettiet ir-reat. Dan minhabba li bhalissa ghadha ghaddejja l-investigazzjoni.
Ta’ min jinnota li fl-ittra jidher car li l-Pulizija mexxew kontraBadawi minhabba li kien gie identifikat bl-iktar mod kategoriku u minghajr ekwivoku mill-vittma tar-reat. Mhux biss, izda l-alibi li offra l-istess Badawi kien ippruvat falz, kif ukoll li ftit wara l-incident, skond il-Pulizija, Badawi kien stqarr ma’ persuna ohra li kellu l-hsieb jitlaq minn Malta.
Il-Ministru tal-Gustizzja ul-Intern qed jippublika l-ittra issa, li l-kaz kontra Badawi inghalaq u minhabba li t-trasparenza titlob li kulhadd ikun jaf ir-ragunijiet ghaliex Jamal Badawi tressaq quddiem il-Qorti mill-Pulizija, kif ukoll ir-ragunijiet validi ghaliex l-akkuzi kontra tieghu gew irtirati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow