Investiment ta’ Lm4 miljun fil-marina tal-Kottonera
pr962
09/08/2003
| Il-Ministru | ghat-Turizmu l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, illejla inawgura l-Cottonera Marina, fil-Birgu. Fid-diskors tieghu, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-yacht marina kienet waħda mill-aktar aspetti importanti tal-proġett tal-Kottonera, sew għaliex il-bini ta’ faċilitajiet għal yachts f’dawn l-inħawi, ilhom fuq l-agenda ta’ diversi amministrazzjonijiet għal bosta snin, u anke minħabba li f’din il-yacht marina se jkun hemm faċilitajiet għal super-yachts. |
| Francis | Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih bħala l-Ministru li kien responsabbli li jara li jintlaħaq ftehim ma’ żewġ konsorzji u li baqa’ responsabbli li jsegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-proġett – li qed jinawgura din il-yacht marina. Hu spjega li din il-marina kienet verament tal-Kottonera minħabba li nbniet fil-baħar li jgħaqqad il-Birgu, Bormla u l-Isla. Il-Ministru għat-Turiżmu fakkar li din kienet marina ta’ klassi internazzjonali, li ddisinjawha l-Grand Harbour Marina flimkien ma’ Campers & Nicholsons Marinas, kumpannija prestiġġjuża internazzjonali fil-qasam tal-yachting. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-Grand Harbour Marina hu proġett bi sħab bejn investituri Maltin u barranin. Hu qal li din il-marina, b’investiment stmat ta’ Lm4 miljun, se titmexxa minn Camper and Nicholsons permezz ta’ management contract. |
| Hu | qal li l-marina tal-Kottonera kienet toffri pontoons tal-konkos heavy duty, li ġew impurtati mill-Finlandja, b’wisa’ sa erba’ metri li joffru rmiġġi stabbli u sodi għas-sidien tal-yachts. Din il-marina toffri 214 irmiġġ għal yachts ta’ tul ta’ bejn 15 il-metru u 55 metru. Toffri wkoll 33 irmigg għal super-yachts ta’ bejn it-30 u l-100 metru tul. Il-Ministru qal li wara konsulatazzjoni mal-Gvern u l-Kunsilli Lokali ta’ l-inhawi, ġew allokat 300 irmiġġ għal dgħajjes tal-Birgu, Bormla u l-Isla. Dan huwa d-doppju ta’ dak previst fil-kuntratt oriġinali u juri kemm il-Gvern baqa’ jsegwi wkoll l-aspett soċjali ta’ dan l-iżvilupp. |
| Francis | Zammit Dimech qal li f’din il-marina, f’tul ta’ kilometru ta’ mollijiet, tqiegħdu s-servizzi ta’ l-elettriku, ilma, I.T. u telefon, komunikazzjoni ADSL u cable TV. Il-marina għandha wkoll sistema ta’ drenaġġ li se tipprovdi għal taqbid dirett mis-superyachts. Hu qal li qed tkun stallata wkoll sistema b’pajp wieħed biex ikun hemm provvista ta’ żejt diretta fuq l-irmiġġi. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li pajjiżna għamel qabża fin-numru ta’ rmiġġi u s-servizzi li joffri. Hu qal li biż-żieda ta’ 230 irmiġġ fil-marina tal-Kottonera pajjiżna kellu issa aktar minn 1,500 irmiġġ – 1,024 f’marinas immexxija mill-Awtorita’ Marittima u 530 irmiġġ f’marinas privati f’Manoel Island Marina, f’Portomosa u fil-Kottonera. Hu qal li ż-żieda ta’ l-irmiġġi kienet qed tkompli tpoġġi lil Malta bħala ċentru tal-yachting fil-Mediterran u kienet qed isaħħaħ din in-niċċa fis-settur turistiku. |
| Francis | Zammit Dimech qal li kulmin izur il-Kottonera, jinnota l-iżvilupp kbir li twettaq fil-proġett tal-Kottonera miż-żewġ konsorzji magħżula. Hu qal li għall-ewwel kellu jsir xogħol ta’ twaqqigħ. Hu qal li kienu twaqqgħu Cooperage Stores ħdejn il-Menqa, twaqqa’ l-pont ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu, u twaqqa’ l-bini magħruf bħala ‘taċ-Ċiniżi’ li kien hemm mal-Forti Sant’Anġlu. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li wara li sar dan ix-xogħol, inbena blokk ta’ appartamenti residenzjali u stabilimenti kummerċjali fil-Menqa fuq in-naħa tal-Birgu u t-Toqba fuq in-naħa tal-Kalkara, Hu qal li kien sar xogħol ta’ tindif u restawr ta’ Caraffa Stores, tal-ħnejjiet qodma tal-Ħabs, ta’ Seagate Vaults u ta’ l-Imħażen taħt Sant’Anġlu. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-Gvern ukoll ta sehmu biex dan il-proġett qed ikun realizzat. Hu qal li kienu ħaddiema tal-Gvern li waqqgħu l-bini magħruf bħala ‘taċ-Ċiniżi’ taħt il-Forti Sant’Anġlu u li pprovda l-komunita’ Ċiniża li tgħix Malta b’akkomodazzjoni alternattiva. Hu qal li l-Gvern qed itejjeb ukoll l-infrastruttura bit-tisħiħ tas-sistema ta’ l-elettriku, tad-drenaġġ u l-ilma u dan kollu jservi mhux biss għall-proġett innifsu, imma ghall-Kottonera kollha. Flimkien mal-Cottonera Waterfront Group, il-Gvern kien se jwettaq xogħlijiet ta’ tiswija tal-mollijiet ta’ taħt il-Forti Sant’Anġlu biex ikunu tajbin għall-irmiġġi. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li r-realizzazzjoni tal-Proġett tal-Kottonera kienet ta’ kontribut tanġibbli u konkret għar-riġenerazzjoni ta’ dawn l-inħawi storiċi. Hu qal li kien jieħu pjaċir jisma’ li aktar Maltin u turisti kienu qed iżuru dawn l-inħawi li kienu l-benniena ta’ l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech irringrazzja lil Grand Harbour Marina tal-fiduċja li kellhom f’pajjiżna, li hi riflessa fil-kampanja intensiva ta’ marketing li qegħdin jagħmlu, fejn mhux biss qed jipparteċipaw fil-fieri ewlenin tal-yachts iżda qed jagħmlu wkoll avviżi f’publikazzjonijiet ewlenin tal-yachting. Hu qal li kien infurmat li n-nefqa għall-marketing s’issa diġa swiet lill-kumpannija madwar kwart ta’ miljun lira. Il-Ministru għat-Turiżmu awgura kull suċċess lil Grand Harbour Marina fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw dawn l-inħawi hekk importanti ta’ pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en