Left arrow Mur Lura

Aktar minn 300 kors għall-Adulti

pr961
Date Icon 08/08/2003
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni Louis Galea nieda l-prospett għall-korsijiet għall-adulti għal din is-sena u ħabbar li minn din is-sena, kull  min irid jista’ japplika u jħallas għall-korsijiet ‘on-line’ mill-kumdita’ ta’ daru.
Il-MinistruGalea qal li t-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti, tagħmilha possibbli ghal kull adult biex jiżviluppa u jtejjeb il-kwalifiki jew kapaċitajiet tiegħu, jitgħallem xi suġġett ġdid jew itejjeb il-livell tal-ħajja permezz tal-korsijiet varji li t-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti toffri kull sena.
Il-MinistruGalea qal li l-Ministeru tiegħu tul din il-leġislatura se jkun qed jiffoka b’mod partikolari fuq it-tagħlim għall-adulti u t-tagħlim tul il-ħajja.  Hu qal li diġa’ tlesta direttorju dwar l-opportunitajiet li jeżistu f’pajjiżna u issa qed jitħejja pjan strateġiku dwar it-tagħlim tul il-ħajja, biex kif sar u qed isir fl-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali, nkunu nistgħu nibdew nimplimentaw bil-fatti inizjattivi u programmi favur it-tagħlim ghal tul il-ħajja.
Il-Ministruqal li kulħadd illum qed jinduna bil-bżonn li tibqa’ titgħallem.  Filwaqt li l-ġenerazzjonijiet aktar żgħażagħ dan jgħarfuħ, l-aktar li huma vulnerabbli fid-dinja tax-xogħol huma dawk li għandhom aktar minn 40 sena u partikolarment dawk li ma jafhux jużaw it-teknoloġiji l-ġodda.

Għas-sena 2003 – 2004, it-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti qed toffri ’l fuq minn 300 kors mifruxin f’lokalitajiet f’Malta u Għawdex.  Tagħrif dwar dawn il-korsijiet jinsab fil-prospett “Korsijiet għall-Adulti 2003-2004” li jista’ jinkiseb mill-Customer Care tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, mill-Kunsilli Lokali kollha, mill-Libreriji Distrettwali jew minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni – www.education.gov.mt . 

Fostil-korsijiet il-ġodda hemm kors dwar kif tiftaħ u tmexxi neġozju privat, studji dwar l-Ewropa (European Studies), kors fil-Ġermaniż, u kors ta’ litteriżmu bażiku fl-Ingliż ma’ għaxar Kunsilli Lokali.  Fost il-korsijiet l-aktar popolari hemm dawk tal-kompjuters u t-teknoloġija ta’ l-informatika, fejn is-sena li għaddiet kien hemm mal-500 ruħ fi tmien korsijiet.  Din is-sena, l-ammont ta’ korsijiet se jiżdied għal 17-il kors u b’hekk l-ammont ta’ nies li jkunu jistgħu jattendu kważi jirdoppja.
Biexjingħata servizz aħjar lil dawk kollha li jixtiequ jattendu għal xi kors, it-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti addottat Quality Service Charter biex jingħata servizz ta’ kwalita` u fil-pront lil kull min jitlob tagħrif dwar jew japplika għal xi kors organizzat mit-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti.  It-Taqsima tagħmel hilitha biex is-servizz offrut jissodisfa l-bżonnijiet ta’ kull persuna li tattendi xi kors.  Għal ħabta ta’ April li għadda, it-Taqsima bagħtet kwestjonarju lil kampjun ta’ dak li jattendu l-korsijiet dwar il-livell ta' tagħlim li qed jingħata.  Il-maġġoranza assoluta ta’ dawk li wieġbu l-kwestjonarju (65%) kellhom kummenti pożittivi dwar il-livell ta’ tagħlim u kellhom kliem ta’ tifhir għall-għalliema.
Biex iżżomm mal-wegħdietli jinsabu fiċ-Charter, is-sena li għaddiet it-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti bdiet diskussjonijiet mal-MITTS biex jinstab mod halli jkun hemm aktar effiċjenza fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet.  Is-sena li għaddiet applikaw medja ta’ madwar 11,000 ruh.  L-applikazzjinijiet isiru bit-telefon, bil-posta jew bil-fax.  Hemm ukoll min igib l-applikazzjoni bl-idejn.  Is-sena li għaddiet ġiet introdotta is-sistema ta’ applikazzjoni permezz tal-email.  B’kollox kienu daħlu madwar 1000 applikazzjoni permezz tal-email.  Is-sena li għaddiet kien hemm kwazi 9000 persuna ipparteċipaw f’xi kors u minn dawn aktar minn 60% kienu nisa.
Biexjingħata servizz aħjar, din is-sena t-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti se tintroduċi website li fiha tagħrif bl-Ingliż u bil-Malti dwar is-suġġetti offruti, ġranet u ħinijiet tal-lezzjonijiet, iċ-ċentri fejn se jsiru l-korsijiet, kif wieħed jista' ’applika u kif jista' jsir il-ħlas.  Fuq kollox din il-website se tagħmilha aktar faċli għal persuna biex tapplika u tħallas il-miżata tal-kors li trid tattendi għalih minn fuq din il-website.  Hekk issa persuna tista’ tibgħat l-applikazzjoni u tħalla jew mill-kumdita` ta’ darha permezz tal-kompjuter personali tagħha jew mill-Kunsill Lokali tal-lokal tagħha fejn hemm komputers għall-użu` tal-kommunita`.

Din l-inizjattiva tkompli ssostni l-politika tal-gvern biex jitjieb is-servizz li jingħata lill-pubbliku u biex jiġi sfruttat l-użu tat-teknoloġija moderna biex il-poplu jinqeda aħjar. L-indirizz tal-website tat-Taqsima tat-Tagħlim għall-Adulti hija: http://www.eveningcourses.gov.mt   Għalkemm wieħed jista’ jidħol f’din il-website biex jara x’korsijiet hemm għas-sena skolastika 2003-2004, se jibdew jintlaqghu l-applikazzjonijiet mill-website mill-25 t’Awissu 2003.  L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-12 ta’ Settembru 2003.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow