Left arrow Mur Lura

Żewġ kampanji edukattivi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

pr958
Date Icon 08/08/2003
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħejja żewġ produzzjonijiet qosra bħala parti minn żewġ kampanji edukattivi.  Dawn iż-żewġ produzzjonijiet ser jibdew jixxandru fuq il-PBS mil-lum il-Ġimgħa, it-8 t’Awissu, 2003 u ser jibqgħu jixxandru għax-xahrejn li ġejjin.
Iż-żewġproduzzjonijiet, ta’ madwar tletin sekonda, huma dwar il-konservazzjoni tal-wirt marittimu u dwar il-ħarsien ta’ l-annimali.
Il-produzzjonidwar il-konservazzjoni tal-wirt marittimu nġibdet fl-inħawi ta’ Dingli Cliffs u tinkludi xeni miġbuda taħt wiċċ il-baħar.  L-iskop tal-produzzjoni hi li turi l-kruha li jista’ jġib b’idejh il-bniedem bi traskuragni u nuqqas ta’ attenzjoni.  It-tema ewlenija hija:  ‘Ħares l-ambjent tiegħek’.
Fil-produzzjonidwar il-ħarsien ta’ l-annimali jintuża kunċett drammatiku fejn ikun l-annimal li jabbanduna l-bniedem.  L-iskop hu li jitwassal il-messaġġ ta’ kemm hu ħażin li jkunu abbandunati l-annimali u l-produzzjoni tintemm bil-kliem ‘Trid li int tkun abbandunat?’.  Din il-produzzjoni tlestiet bil-kollaborazzjoni tal-Animal Rights Coalition u ta’ Image 2000 Productions.
Il-Ministeruqed iħejji kampanji edukattivi oħrajn fuq suġġetti diversi għax-xhur li ġejjin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow