Żewġ kampanji edukattivi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent
pr958
08/08/2003
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħejja żewġ produzzjonijiet qosra bħala parti minn żewġ kampanji edukattivi. Dawn iż-żewġ produzzjonijiet ser jibdew jixxandru fuq il-PBS mil-lum il-Ġimgħa, it-8 t’Awissu, 2003 u ser jibqgħu jixxandru għax-xahrejn li ġejjin. |
| Iż-żewġ | produzzjonijiet, ta’ madwar tletin sekonda, huma dwar il-konservazzjoni tal-wirt marittimu u dwar il-ħarsien ta’ l-annimali. |
| Il-produzzjoni | dwar il-konservazzjoni tal-wirt marittimu nġibdet fl-inħawi ta’ Dingli Cliffs u tinkludi xeni miġbuda taħt wiċċ il-baħar. L-iskop tal-produzzjoni hi li turi l-kruha li jista’ jġib b’idejh il-bniedem bi traskuragni u nuqqas ta’ attenzjoni. It-tema ewlenija hija: ‘Ħares l-ambjent tiegħek’. |
| Fil-produzzjoni | dwar il-ħarsien ta’ l-annimali jintuża kunċett drammatiku fejn ikun l-annimal li jabbanduna l-bniedem. L-iskop hu li jitwassal il-messaġġ ta’ kemm hu ħażin li jkunu abbandunati l-annimali u l-produzzjoni tintemm bil-kliem ‘Trid li int tkun abbandunat?’. Din il-produzzjoni tlestiet bil-kollaborazzjoni tal-Animal Rights Coalition u ta’ Image 2000 Productions. |
| Il-Ministeru | qed iħejji kampanji edukattivi oħrajn fuq suġġetti diversi għax-xhur li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en