Left arrow Mur Lura

Kompetizzjoni għad-Disinn ta’ Skola Sekondarja Ġdida fil-Mosta

pr957
Date Icon 08/08/2003
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea nieda kompetizzjoni għad-disinn ta’ l-iskola sekondarja tas-subien il-ġdida li trid tinbena fil-Mosta, biex fiha tilqa’ madwar 600 student mill-inħawi, kif ukoll 70 membru ta’ l-istaff.  Il-kompetizzjoni, li hi f’forma ta’ tender, qed tinħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti u wieħed jista’ jikseb kopja tad-dokumentazzjoni mill-istess dipartiment.  L-offerti se jintlaqgħu sas-6 ta’ Novembru 2003.
Il-Kompetizzjoniser issir f’żewġ fażijiet.  Fl-ewwel fażi jiġu sottomessi disinji preliminari u dawn jiġu short-listed għal ftit disinji.  Fit-tieni fażi id-disinji jridu jidħlu f’aktar dettal u l-aħjar disinji jirbħu l-perizja tal-proġett.  Fiż-żewġ stadji ta’ deċiżjonijiet dwar id-disinji se jkun hawn esperti fl-arkitettura u ‘value management’ barranin bħala parti mill-bord ta’ aġġudikazzjoni.
Dinl-iskola se tkun it-tieni skola sekondarja li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada (Foundation for Tomorrow’s Schools – FTS) se tkun qed tibni mill-ħolqien tagħha ftit aktar minn sentejn ilu.  L-ewwel Skola sekondarja kienet dik tal-Karwija (bejn l-irħula ta’ Ħal Kirkop u Ħal Safi) li issa waslet fi stadju avvanzat ta’ bini.
Il-MinistruLouis Galea qal li l-lokalita’ tal-Mosta u dawk ta’ madwarha kibru b’mod estensiv f’dawn l-aħħar tletin sena u l-istatistika demografika turi li dan it-tkabbir se jkompli għal xi żmien.  Il-Bini ta’ skola sekondarja tas-subien fil-Mosta se tkun tista’ taqdi l-bżonnijiet tal-Mosta kif ukoll ta’ lokalitajiet fil-viċin bħall-Attard, Iklin, Baħar iċ-Ċagħaq, Buġibba, Burmarrad, Mellieħa, Mġarr, Naxxar, Qawra, Selmun, u San Pawl il-Baħar.
L-iskolal-ġdida tal-Mosta se jkun fiha:      ·        30 klassi generali

·        Klassijiet għal mużika, arti, home economics, drama, audio-visual u PSE
·        3 Laboratorji tal-Kompjuter
·        7 Laboratorji oħra
·        4 Technology Workshops
·        Multi-purpose Hall
·        Librerija
·        Careers room u Guidance and Counselling rooms
·        Stazzjon tar-Radju
·        Kappella
·        Faċilitajiet sanitarji
·        Staff rooms
·        Uffiċini għall-amministrazzjoni 

FaċilitajietSportivi li se jkollha l-iskola jinkludu:      ·        Football 11-a-side      ·        Football 5-a-side      ·        Volleyball      ·        Basketball      ·        Tennis      ·        Athletics      ·        Hockey (outdoor)      ·        Hockey (indoor)
L-iskolase jkollha diversi spazji oħra li jinkludu l-parking, gibjuni ta’ l-ilma, u diversi spazji oħra għar-rikreazzjoni u għall-ħażna.
L-ispazjiinterni se jkopru mal-5000 metru kwadru u peress li l-iskola se jkollha mat-tlett sulari se jkun hemm spazji ta’ aktar minn 8600 metru kwadru għall-użu tal-klassijiet u kmamar oħra.  L-ispazji esterni se jkopru mal-10,700 metru kwadru u b’hekk se jkun hemm area kumplessiva ta’ 15,700 metru kwadru.
Il-Ministru Louis Galea ħeġġeġ lill-periti u kumpaniji tal-peritibiex jidħlu għal din il-kompetizzjoni u joffru l-ideat innovattivi tagħhom biex l-iskola tal-Mosta tkun waħda mill-iskejjel ta’ għada li qed noħolqu għall-poplu Malti.  Hu temm jgħid li din l-iskola mhux biss se tkun qed isservi l-bżonnijiet tat-tfal tal-Mosta u tal-lokalitajiet viċini, iżda se tkun qed toffri riżorsi u spazji għall-komunita’ u għalhekk kulħadd se jkun qed igawdi minn dan l-iżvilupp.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow