Jigi esportat l-ewwel container bi skart elettroniku
pr954
06/08/2003
| Fi ftit jiem ohra container mimli bi skart elettroniku mistenni | jhalli Malta fi triqtu lejn Singapore fejn hemm impjant ta’ reciklagg specjalizzat fl-e-waste. |
| Waqt zjara li ghamel fl-impjant tar-Reciklagg f’Sant’Antnin, | il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit spjega li s-sistema li jingabar l-iskart elettroniku b’mod separat bdiet lejn l-ahhar tas-sena l-ohra. Hawn bdew jingabru bicciet minn computers, monitors, keyboards u diversi oggetti ohra relatati ma’ l-uzu tal-computers. Il-kumpanija maltija Carmelo Caruana Co. Ltd., bl-ghajnuna ta’ kumpanija taljana Citiraya, irnexxielha tirbah kuntratt minghand il-Gvern sabiex tigbor l-iskart elettroniku kollu li originarjament ikun qed jigi depozitat fl-impjant tar-Reciklagg ta’ Sant’ Antnin. Il-Ministru Ninu Zammit qal li permezz ta’ ezercizzju li ilu ghaddej ghal ftit xhur biss irnexxielu jigu migbur madwar 12000kg ta’ skart elettroniku. Din hija cifra impressjonanti hafna li ghandha tinkoraggixxi lil din l-inizjattiva li hi bzonjuza wkoll biex tkun facilitata kemm jista’ jkun l-istrategija ta’ l-immanigjar ta’ l-iskart f’pajjizna. |
| Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal ukoll | li prezentement fl-impjant tar-Reciklagg ta’ Sant’ Antnin hemm container iehor li jinsab lest ghall-esportazzjoni. F’dan il-container kienu qed jigu mahzuna tyresshredded. Dan il-container mistenni jkun esportat fil-granet li gejjin. |
| Fl-ahharnett, il-Ministru Ninu Zammit qal li dan il-process | ta’ separazzjoni ta’ skart (kemm ta’ skart elettroniku u ta’ tyres) huwa pass iehor importanti fil-process ta’ l-isforz kollettiv nazzjonali li ghandu jwassal ghall-gheluq tal-mizbla tal-Maghtab u sussegwentament pajjizna jkollu l-istrategija ghall-imanigjar ta’ l-iskart tiffunzjona skond kriterji internazzjonali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en