Left arrow Mur Lura

IMWAQQFA L-ASSOĊJAZZJONI TA’ L-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GĦAWDXIN

pr953
Date Icon 06/08/2003
Waqt laqgħa ġeneralili saret dan l-aħħar fil-Ministeru għal Għawdex, ġiet imwaqqfa uffiċjalment l-Assoċjazzjoni ta’ l-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin u ġie maħtur l-ewwel Kunsill ta’ din l-Assoċjazzjoni.
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor. Giovanna Debono, li ppresediet il-laqgħa, qalet li dan huwa pass importanti u storiku għall-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin. Hija qalet li huwa fatt sorprendenti kif fi gżira żgħira bħal Għawdex hawn numru daqstant kbir ta’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu f’diversi oqsma fosthom fil-filantropija, kultura u sport. Fil-fatt, minn mindu nfetaħ iċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f’Għawdex madwar tliet snin ilu, aktar minn mitejn għaqda mhux governattiva ġiet rreġistrata ma’ dan iċ-ċentru.
Il-Ministru qalet likien ilu jinħass il-bżonn li dawn l-għaqdiet jingħaqdu biex b’hekk ikunu aktar effettivi fix-xogħol tagħhom u fuq inizjattiva ta’ l-istess Ministeru saru diversi laqgħat li fihom ġie mfassal abbozz ta’ statut ta’ l-Assoċjazzjoni. Matul din il-laqgħa, dan l-abbozz ġie approvat formalment u wara li saret votazzjoni fost l-għaqdiet preżenti ġew maħtura l-uffiċjali tal-Kunsill.
L-ewwel Kunsill ta’l-Assoċjazzjoni ġie maħtur hekk: is-Sur Antoine Vassallo President, is-Sur Mario Saliba Viċi President, Dun Manwel Cordina Segretarju, is-Sur Noel Grech Teżorier u Dun Ġorġ Borg, is-Sur Kevin Cutajar, is-Sur George Cremona, Dun Ġorġ Frendo u s-Sur Carmel Ballucci membri.
Filwaqt li ferħetlill-uffiċjali eletti tal-Kunsill, il-Ministru qalet li issa huwa mistenni li l-Kunsill jibda’ jiffunzjona mill-aktar fis biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Il-Ministru qalet li din l-Assoċjazzjoni qegħdha tiġi mwaqqfa fi żmien importanti meta l-għaqdiet mhux governattivi qegħdin jingħataw leħen fil-proċess ta’ l-iżvilupp ta’ Għawdex. Fil-fatt rappreżentant ta’ l-assoċjazzjoni ser ikun fuq il-Kumitat Reġjonali li ser jitwaqqaf dalwaqt biex jagħti kontribut fil-proċess ta’ pprogrammar li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ Għawdex u biex jagħżel u jiżgura li proġetti u miżuri dwar Għawdex jiġu implimentati.
Għal din il-laqgħakien hemm preżenti s-Segretarju Permanenti s-Sur Frank Psaila u d-Direttur ‘Office of Review’ is-Sur John Cremona.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow