IL-FATTI DWAR L-ISKOLA ADELAIDE ĊINI
pr951
06/08/2003
| Bl-iskop li jsir xogħol | strutturali qawwi fl-iskola sekondarja tal-bniet Adelaide Ċini fil-Ħamrun, studenti minn din l-iskola ser jibdew imorru fl-iskola Maria Assunta, skola sekondarja oħra tal-bniet li tinsab bieb ma’ bieb magħha. Ser isir xogħol neċessarju fl-iskola Maria Assunta biex din tkun tista’ tilqa’ l-istudenti tagħha għas-sena skolastika li jmiss ix-xahar id-dieħel. |
| Kif | kulħadd jaf, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni permezz tal-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada (FTS), qed iwettaq proġett nazzjonali bl-iskop li l-iskejjel kollha tal-gvern itejjbu sew l-ambjent tagħhom. L-FTS qed tagħmel verifika (audit) biex tistabilixxi l-istat fiżiku u l-bżonnijiet ta’ kull skola tal-Gvern. |
| Fir-rigward | ta’ l-iskola Adelaide Ċini, fis-16 ta’ Ġunju 2003, il-perit inkarigat (Inginier Strutturali) issottometta lill-FTS, rapport dwar l-istat strutturali difettuż ta’ żewġ blokki f’din l-iskola. Fis-27 ta’ Ġunju 2003, l-FTS informat lid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni bis-sitwazzjoni u talbitu jivvaka ż-żewġ blokki. Dan ħabat eżatt ma’ l-egħluq ta’ l-iskejjel u d-deċiżjonijiet kellhom jittieħdu bla telf ta’ żmien. |
| Il-blokk | it-tajjeb ta’ l-iskola Adelaide Ċini ser jibqa’ jintuża għall-istudenti tal-Forms 5 taż-żewġ skejjel. Fl-iskola Maria Assunta ser isir ix-xogħol meħtieġ biex din tkun f’qagħda aħjar ħalli tilqa’ l-istudenti ta’ blokk A u B ta’ l-iskola l-oħra li hi bieb ma’ bieb magħha. |
| Tajjeb | wieħed jgħid li sa ftit snin ilu, l-iskola Maria Assunta waħedha kienet takkomodha aktar minn 1,100 studenta. Biż-żieda ta’ l-istudenti li ġejjin mill-iskola Adelaide Ċini, in-numru totali ta’ l-istudenti f’Settembru li ġej ser ikun ta’ madwar 800 studenta. L-istudenti tal-Form 5 taż-żewġ skejjel ser jiġu akkomodati fil-Blokk it-tajjeb ta’ l-iskola Adelaide Ċini. |
| Ittieħdu | l-passi biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni responsabbli għal dawn l-istudenti. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed jappoġġaw mill-qrib lill-kap u l-amministrazzjoni ta’ l-iskola biex studenti u għalliema wara l-vaganzi jkunu jistgħu jirritornaw b’mod normali għall-iskola. |
| L-FTS | qed tevalwa r-rapporti ta` l-audit ta’ l-iskola Adelaide Cini biex jiġi deċiż x’l-aħjar isir għal ġejjieni ta’ din l-iskola. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en