Left arrow Go Back

Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-laħam

PR95
Date Icon 27/01/2003
Sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser impenn għal titjib fi standardsta’ kwalita’ kemm fil-prodott li jbiegħ kif ukoll fis-servizz li jagħti min qiegħed fin-negozju u tfisser ukoll titjib tas-servizz li joffri l-Gvern lil min qiegħed fin-negozju.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministerughas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta l-bieraħ kien mistieden jindirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Laħam li saret fil-Mount Carmel College, Santa Venera.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo tkellemdwar kif l-Unjoni Ewropea tfisser impenn f’titjib ta’ standards kemm fil-kwalita’ tas-servizz, kif ukoll tal-prodott li l-ħwienet tal-laħam frisk ikunu qiegħdin ibiegħu.
Din il-ħidma lejn titjib ta’ standardsissir sabiex tassigura li l-konsumatur jieħu l-aħjar servizz possibbli mingħand tal-ħanut u hekk tiggarantixxi wkoll iżjed bejgħ ta’ laħam frisk mill-ħwienet tal-laħam.
F’pajjiżna din il-ħidma għal titjieb ta’ standardsqegħda tkompli issa b’pass iżjed mgħaġġel bl-implimentazzjoni tal-liġi li tirregola l-bejgħ ta’ l-ikel. Is-Sur Vassallo wera t-tama tiegħu kif maż-żmien, din il-ħidma għandha twassal biex iżjed konsumaturi jżidu l-fiduċja tagħhom fil-kwalita’ tas-servizz u tal-prodott li l-ħwienet tal-laħam qegħdin joffru.
Is-Sur Vassallo spjega kif l-Unjoni Ewropea tħaresl-interessi tan-negozji żgħar u tara li kull Gvern tal-pajjiżi membri, jtejjeb il-kwalita’ tas-servizz li huwa joffri lil min qiegħed fin-negozju, b’referenza speċjali lejn min huwa żgħir fil-kummerċ. Din id-direzzjoni tingħata lill-Gvernijiet membri kif ukoll lil dawk il-pajjiżi li ser jissiehbu, inkluz Malta, permezz taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal dan,biex iserraħ moħħ dawk preżenti li l-Unjoni Ewropea mhix kontra l-ħwienet iż-żgħar; u ħa l-okkazjoni biex kompla spjega li “permezz ta’ dan il-ftehim li jorbot ukoll lill-Gvern Malti, l-Unjoni Ewropea tiddefendi lil min huwa żgħir fin-negozju minn kull atteġjament negattiv li Gvern - kemm ċentrali kif ukoll lokali - jista’ jieħu kontra min qiegħed fin-negozju. Dan, l-Unjoni Ewropea tagħmlu billi titlob li kull Gvern jara li jkollu liġijiet u regolamenti aħjar, tnaqqis tal-burokrazija, aktar taħriġ għall-imprenditorija u proċeduri eħfef biex min ikun irid jidħol fin-negozju ma jsibx diffikultajiet burokratiċi."
Fid-diskussjoni li għaliha attendew numru sabiħ ta’sidien ta’ ħwienet tal-laħam saret referenza għal programm ta’ ħidma tas-Segretarjat, li huwa bbażat fuq iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar. Huwa wiegħed li ser ikompli jaħdem biex jara x’possibilitajiet jista’ jkun hemm biex sidien tal-ħwienet, li jkunu mitluba jagħmlu ċerti spejjeż fin-negozji tagħhom biex dawn jilħqu l-istandards ta’ kwalita’ meħtieġa, ma jsibux ostakli bla bżonn fl-aċċess għall-finanzi u għalhekk ikunu jistgħu jħaffu l-proċess ta’ titjib fil-faċilitajiet tan-negozji tagħhom.
Is-Sur Vassallo temm jgħid li "kif l-UnjoniEwropea titlob li intom ittejbu l-istandards ta’ kwalita’ tagħkom bħala sidien tal-ħwienet, l-istess Unjoni Ewropea titlob lil kull Gvern tal-pajjiżi membri, inkluż dak ta’ pajjiżna, biex itejjeb il-kwalita’u jgħolli l-istandards tas-servizz li qiegħed jagħti lil min huwa self-employed u imprenditur żgħir.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow