Left arrow Mur Lura

SAJF IEĦOR TA’ XOGĦOL INTENSIV FL-ISKEJJEL TA’ L-ISTAT

pr949
Date Icon 05/08/2003
Tuldan is-sajf qed isir xogħol ta’ tisbieħ f’aktar minn 800 klassi f’40 skola bi spiża ta’ madwar kwart ta’ miljun lira.  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor. Louis Galea meta żar il-kumpless ta’ l-iskejjel fil-Ħamrun li jinkludi l-Iskola Primarja Dun Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja Salvino Spiteri u l-iskola Sekondarja Maria Tereza Nuzzo.
Danil-kumpless ta’ skejjel hu wieħed mill-proġetti ta’ tisbieħ li qed twettaq il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (Foundation for Tomorrow’s Schools - FTS).  Eżatt malli bdew il-vakanzi l-FTS bdiet twettaq il-programm tagħha biex tul dan is-sajf ikunu saru xogħlijiet f’aktar minn 40 skola.  Meta jitlestew ix-xogħlijiet ikunu ingħataw madwar 300,000 metru kwadru ta’ żebgħa.  S’issa diġa bdew ix-xogħlijiet ta’ tisbieħ f’madwar ħmistax-il skola u hemm uħud minnhom fejn ix-xogħol diġà tlesta.
L-IskejjelPrimarji fejn ix-xogħlijiet diġà bdew, huma fil-Gżira, Baħrjia, Ħamrun, Marsa, Rabat, l-Isla, Naxxar, Ħal Safi, Ħal-Kirkop u Mosta.  Beda wkoll ix-xogħol fl-iskejjel sekondarji: Liċeo Maria Teresa ta’ l-Imrieħel; Maria Tereza Nuzzo tal-Ħamrun; Vinċenzo Buġeja ta’ Sta Venera; P.P. Saydon taż-Żurrieq; u l-Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar.  Hemm skejjel oħra fejn ix-xogħol ser jibda f’dawn il-ġranet.
Il-Ministruqal li għalkemm ix-xogħol li jrid isir biex l-ambjent ta’ l-iskejjel ta’ l-istat ikun tal-livell mixtieq hu sostanzjali, u ż-żmien li fiħ irid isir hu wkoll ristrett, hu sodisfatt li l-programm ta’ tisbieħ ta’ l-iskejjel qabad ritmu tajjeb u qed iħalli riżultati pożittivi li qed jinħassu minn kulħadd.  Louis Galea qal li l-FTS trid tiżgura li x-xogħol li qed isir ikun ta’ l-ogħla kwalità għax hekk jixraq lil ulied il-poplu.  Hu qal li l-Fondazzjoni m’għandhiex taċċetta l-medjokrità u fil-fatt diġà kien hemm każi fejn ix-xogħol li sar ma kienx ta’ kwalità u l-Fondazzjoni ħadet azzjoni immedjata biex ix-xogħol jingħata lill-kuntrattur differenti.
Il-Ministruta` l-Edukazzjoni qal li t-titjib fl-ambjent ta’ l-iskejjel hu parti mir-riforma li qed iseħħ fis-sistema edukattiv ta’ pajjiżna.  Hu qal li bħalissa fil-Ministeru tiegħu qed jitħejjew numru ta’ rapporti dwar programm ta’ riformi f’diversi setturi tas-sistema edukattiva f’pajjiżna.  Dawn ir-rapporti ser iservu bħala bażi għal proċess ta’ diskussjoni u djalogu ma’ l-edukaturi, il-ġenituri, l-istudenti u dawk kollha li għandhom interess fit-titjib u l-kwalità tal-prodott edukattiv Malti.  Fost l-oqsma li qed jiġu analizzati b’mod kritiku hemm is-sistema u t-tmexxija tal-proċess edukattiv bejn it-3 u s-16-il sena u l-organizzazzjoni ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji b’enfasi speċjali fuq l-iskejjel sekondarji ġenerali.  Louis Galea qal li l-FTS se tkun wieħed mill-imsieħba ewlenin biex ir-riforma tkompli sseħħ.
Il-Ministruqal li l-FTS issa ilha ftit aktar minn sentejn taħdem fl-iskejjel u diġà qed tippjana, tiddisinja u tibni l-iskejjel ta’ għada.  Hu qal li parti sostanzjali tax-xogħol li twettaq fl-ewwel sentejn tal-Fondazzjoni kien xogħol ta’ ċerta urġenza.  Fl-istess ħin l-FTS qed tħejji rapport fuq l-iskejjel kollha biex il-Fondazzjoni jkollha Masterplan dwar il-ħidma li trid twettaq fis-snin li ġejjin sal-2010.  Dan il-Masterplan qed jinbena fuq verifika (audit) li saret ta’ kull skola minn periti u inġinjiera.  Il-Masterplan ser ikun mibni fuq analiżi tal-bżonnijiet u l-iżviluppi mistennija fil-komunità ta’ kull skola u kull lokalità bis-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow