IL-PREMJU "ANZJAN TAS-SENA 2003”
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius illum habbar li din is-sena wkoll ser serga' jinghata l-premju "Anzjan/a tas-Sena".
Dr. Agius fakkar li l-jum ta' l-ewwel t'Ottubru huwa l-jum dinji iddedikat lill-anzjani - kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza s-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji ta` l-anzjani, jilhqu l-qofol taghhom b'serata apposta nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru 2003, fin-New Dolmen Hotel, Bugibba.
| Is-Segretarju | Parlamentari spjega li l-Ministeru ghall-Politika Socjali jaghti dan il-Premju bhala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod kif izomm ruhha attiva fi xjuhitha, qed tkun ta' mudell u ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra. Huwa mportanti li noholqu kuxjenza biex kulhadd - inkluz l-anzjani - jippartecipa f'holqien ta' hajja ahjar, socjeta` mibnija fuq interdipendenza, solidarjeta` bejn il-generazzjonijiet fejn l-anzjani jkunu integrati f'kull qasam tas-socjeta` Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruhna favur min hu l-aktar fil-bzonn. Dr Agius heggeg biex ghaqdiet volontarji u l-Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani ghal dan il-Premju, sabiex b'hekk nuru apprezzament u rikonoxximent ghal hafna xoghol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta` taghna. |
| Fil-fatt, | dan il-premju jirrikonoxxi:- |
· L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana taghmel, b'mod volontarju ma min ikun mehtieg;
· L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana li bil-karattru u bl-attivita' taghha waqt li hi rtirata, hi ta' ezempju haj ta' kreattivita' u ta' integrita' u li b'hekk hi ta' ispirazzjoni ghall-anzjani ohra;
· L-gharfien li dik il-persuna anzjana li fi xjuhitha rnexxielha tizviluppa l-kultura generali jew personali, tippromwovi s-solidarjeta` bejn il-generazzjonijiet u taghti kontribut lis-socjeta` in generali.
L-Onor. Frans Agius kompla jghid li ghal dan il-premju jistghu japplikaw nisa u rgiel, cittadini Maltin li, sa l-ahhar ta' din is-sena ikunu ghalqu l-eta' tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.
| Biex | jintaghzel l-Anzjan tas-Sena, gie mwaqqaf bord ta` l-ghazla, li ghandu r-responsabbilta' li jilqa' l-applikazzjonijiet, u li jaghzel l-anzjan jew anzjana li haqqu jinghata dan il-Premju prestigjuz. |
| Il-Bord ta` l-Ghazla | jikkonsisti minn:- |
Chairperson: Prof. Joe Pirotta – Chairperson
Segretarju: Randolph Spiteri
Membri:
Prof. Frederick Fenech
Fr. Raymond Francalanza OSA
Dame Lilian Miceli Farrugia
Mrs. Maria Victoria Busuttil
Mr. Angelo Fenech
Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet, jistghu jingabru minghand is-Segretarju tal-Bord ta` l-Ghazla, Ministeru ghall-Politika Socjali, Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari, 310 Triq ir-Repubblika, Valletta; mill- Ministeru ghall-Ghawdex, Pjazza San Frangisk, Victoria; kif ukoll mill-website: http://msp.gov.mt
L-applikazzjonijiet, iridu jittiehdu bl-idejn ghand is-Segretarju tal-Bord (Tel. 25903012) u jinghataw ircevuta, sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-Gimgha, 29 t'Awissu 2003.
-
FORMOLA GHAN-NOMINAZZJONI.
Il-Bord tal-ghazla ghall-Premju 'ANZJAN TAS-SENA' 2003 jilqa' nominazzjonijiet ghal dan il-Premju. Innominazzjoni trid issir fuq din il-formola, skond ir-regulamenti hawn taht imsemmijja. Il-formola trid tittiehed BL-IDEJN f'Malta, fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari, 310 Triq ir-Republika, Valletta u f'Ghawdex fid-Dipartiment ghall-Anzjani, Pjazza San Frangisk, Victoria, sa nofs in-nhar ta' nhar il-Gimgha 29 ta' Awissu 2003. Il-formola tinkiseb mill-istess ufficini.
A. REGULAMENTI.
1. L-ghanijiet tal-Premju.
1.1 L-ghan tal-Premju huwa l-gharfien tas-servizz li l-anzjan jaghmel b'mod volontarju ma min ikun mehtieg, jew;
1.2 L-gharfien lil dak l-anzjan li bil-karattru u bl-attivita' tieghu waqt li huwa rtirat, huwa ta' ezempju ta' kreattivita u / jew;
1.3 L-gharfien lil dak l-anzjan li hu responsabbli lejn u seddaq l-ambjent talanzjani li, jizviluppa kemm il-kultura generali jew dik il-persuna,
jippromwovi l-solidarjeta' bejn il-generazzjonijiet u li jghix hajja li bija jikkontribwixxi ghall-hajja ahjar fil-komunita'.
2. Min jista' jippartecipa.
2.1 Ghal dan il-Premju jistghu jigu nominati nisa u rgiel li jkunu diga ghalqu leta' tal-pensjoni Nazzjonali matul is-sena li fiha jkun ser jinghata l-premju.
2.2 Dawk nominati jridu jkunu cittadini Maltin u normalment jghixu f'Malta jew Ghawdex.
2.3 Ir-rebbieha tas-snin ta' qabel ma jistghux japplikaw.
3. Kundizzjonijiet ghall-partecipazzjoni.
3.1 Il-persuna nominata trid tkun ghamlet xoghol volontarju bhala servizz lil min kien fil-bzonn, jew;
3.2 Uriet inizzjattiva u kreattivita' u kienet ta' ispirazzjoni ghal haddiehor, jew;
3.3 Waqqfet jew mexxiet skema ta' volontarjat jew sawret kuxjenza pubblika favur il-bniedem fid-diffikulta'.
4. Kif issir in-nominazzjoni.
4.1 In-nominazzjonijiet ghall-Premju ghandhom isiru fuq din il-formola konfermata minn mhux inqas minn hamsa minn nies li ma jkunux jigu mill persuna nominata,
4.2 Kull nominazzjoni ghandha turi li l-persuna nominata ghandha l-kwalifiki biex tikkonkorri. Trid tigi mehmuza kopja tad-dokumenti ufficcjali ta' identifikazzjoni u jinghataw id-dettalji tal-kwalitajiet li fuqhom tkun ibbazata n-nominazzjoni. Il-formola trid tkun iffirmata minn dawk li jaghmluha u mill-persuna nominata.
4.3 Din l-applikazzjoni ghandha tintbaghat flimkien ma ritratt ricenti talpersuna nominata.
B. NOMINAZZJONI.
Ahna hawn taht iffirmati ninnominaw lil ____________________________
Indirizz 1.____________________________________________________
Indirizz 2. ____________________________________________________
Mizzewweg / Armel / Guvni / Xebba.
Data tat-twelid____________________ Nru. Tal-I.D._______________
Kartanzjan________________________ Eta. _______________________
Telefon. ____________________ Res.Tas-Sajf. Tel. ______________
Isem ta' min qed jitfa' n-nominazzjoni ______________________________
Nru tal-I.D. _________________ Firma____________________
Data ______________________
Jinhtieg ritratt ricenti tal-persuna nominata.
C. DETTALJI DWAR IL-HIDMA - KWALITAJIET TAL-PERSUNANOMINATA.
Bhala motivazzjoni ta' din in-nomina, ahna qed nipprezentaw dawn id-dettalji talhidmiet u kwalitajiet tieghu / taghha.
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
_____________________________________________________________
Jistghu wkoll jigu mehmuza dokumenti ohra.
D. DETTALJI DWAR MIN QED JINNOMINA.
NOMINAZZJONI TA' __________________________________________
Ismijiet bil-firem ta' hames persuni, li ma jigux mill-persuna nominata.
(Ikteb b'ittri kbar)
Isem-indirizz Nru tal-I.D. Firma.
1.
2.
3.
4.
5.
E. DIKKJARAZZJONI MILL-PERSUNA NOMINATA.
Jiena________________________________ naccetta li nkun nominat /a
ghall-Premju "Anzjan tas-Sena" 2003.
Nru. Tal-I.D. ____________________ Firma ____________________
Data. ____________________
Premju 'ANZJAN TAS-SENA' 2003.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en