Left arrow Mur Lura

Iċ-Ċensiment tal-Agrikoltura 2001

pr940
Date Icon 31/07/2003
Illumkien pubblikat iċ-Ċensiment dwar l-Agrikoltura għas-sena 2001, li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.  L-aħħar ċensiment li kien sar kien ġie pubblikat għoxrin sena ilu.
F’diskorsli għamel waqt seminar biex ikunu ppreżentati r-riżultati ta’ dan iċ-Ċensiment, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qal li n-numru ta' ettari ta' raba saqwi żdied mill-aħħar ċensiment bi kważi tlett darbiet. Dan ifisser li l-bdiewa qed jużaw ir-raba’ li jaħdmu b'mod aktar xjentifiku. L-użu tad-drip irrigation ukoll għamel differenza kbira.
Il-MinistruPullicino qal li hu fatt pożittiv li n-numru ta' serer żdiet minn 275 għal 1,027. Ta' min jgħid li l-esperti fil-biedja jemmnu li hemm lok għal aktar żvilupp f'din it-teknika u hemm bżonn li tkompli tkun sfruttata din it-teknika li hi adattata ferm għall-klima tagħna.
Tajjebli wieħed jinnota li rata tat-tnaqqis fir-raba mill-1987 u b'mod partikolari mindu twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (illum il-MEPA) naqset. Dan ifisser li l-Gvern Nazzjonalista kien strumentali biex irażżan il-qerda tar-raba’ li kienet issir fis-snin sebgħin u tmenin.
Fir-rigwardta' full-time farmers, huwa car li l-biedja m'għadiex daqstant attrajenti għal min qed ifittex impjieg. Iżda dan ma jfissirx li l-interess f'dan is-settur naqas.
GeorgePullicino qal li għalkemm, statistikament, l-eta' medja tal-bdiewa f’Malta hi pjuttost għolja, f’Għawdex hemm numru mdaqqas ta' bdiewa li jizirgħu t-tadam li għandhom eta' medja ta' 35 sena. Din hi eta' relattivament baxxa u għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn il-bdiewa huma part-time dan mhux fattur negattiv.   Hu appella biex aktar żgħażagħ juru l-interess tagħhom fil-biedja.
Il-fattli hemm numru relattivament kbir ta' part-timers hu fattur pożittiv u ta' min jinnota li numru kbir ta' bdiewa li jkabbru l-patata għall-esportazzjoni huma wkoll part-time.
Il-MinistruPullicino qal li l-importanti hu li r-raba tibqa' tinħadem u kien proprju għalhekk li fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ried li jikseb l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-bdiewa tagħna.
Il-MinistruGeorge Pullicino temm billi rringrazzja lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għax-xogħol tagħhom fit-twettiq taċ-Ċensiment, li hu ddeskriva bħala għodda mill-aktar utli kemm għall-Ministeru, kif ukoll għall-pajjiż kollu.  Hu faħħar ukoll it-teknika msejjħa bħala Remote Sensing, li ntużat biex inġabret l-informazzjoni għal dan ir-rapport.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow