IL-PROGRAMM LEONARDO U L-KOMUNITA’ IMPRENDITORJALI
pr938
31/07/2003
| “In-negozji | taghna jkunu kapaci jirbhu l-isfida tal-kompetizzjoni fis-suq, daqskemm ser ikunu kapaċi jgħarrfu jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom. Ser ikunu kapaċi jkunu nnovattivi u jagħmlu lil xulxin, differenti minn xulxin, iżda jridu wkoll ikunu kapaċi jitgħallmu minn ħaddieħor. Dmirna mhux li ningħalqu, iżda li niftħu moħħna għal idejat ġodda, naraw lil ħaddieħor jaħdem bħalna u nitgħallmu minn xulxin. Għalhekk l-akbar investiment li huwa meħtieġ għal min qiegħed fin-negozju huwa li jkun kapaċi jikkompeti b’intelligenza.” |
| Dawn | kienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem f’laqgha għal artiġjani, self-employed u sidien tan-negozji żgħar, fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Din il-laqgha kienet organizzata bil-ħsieb li dawn tingħatalhom l-opportunita’ li jitkellmu dwar l-inizjattiva Leonardo Da Vinci, li hija maħsuba li tlaqqa’ flimkien imprendituri minn diversi pajjiżi, sabiex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tan-negozju u jitgħallmu minn xulxin. |
| Is-Segretarju | Parlamentari kompla jgħid li “Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea toffri l-aħjar vantaġġ: li kapaċi jbiddel l-isfida tal- kompetizzjoni f’opportunita’ ta’ swieq ġodda. Dan għaliex tgħin biex tqarreb u ġġib flimkien imprendituri li sal-bierah kienu jahdmu f’suq ristrett, biex issa jahdmu flimkien ma’ ohrajn f’suq ferm akbar, fejn il-kollaborazzjoni bejn l-operaturi tal-kummerċ hija l-ordni tal-ġurnata.” |
| “Il-Programm | Leonardo għal min qiegħed fin-negozju joffri opportunitajiet ta’ qsim ta’ esperjenzi ma’ imprendituri oħra, kemm dawk self-employed kif ukoll jekk employers ma’ imprendituri ohrajn, li bħalhom qed jaħdmu fl-istess settur. Illum mhux qed nitkellmu dwar fondi mill-Unjoni Ewropea li jissarrfu direttament fi flus, iżda fuq fondi li nistgħu insarrfuhom f’taħriġ, bdil ta’ ideat u qsim ta’ esperjenzi. Fuq kollox, il-program, jaghti informazzjoni ġdida li tista’ ttejjeb in-negozju għaliex kapaċi tagħtih dimensjoni oħra.” |
| Edwin | Vassallo żied jħid li: “Pajjiżna ser ikollu jbiddel il-mod ta’ kif jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-kummerċ. Aħna mitluba li f’kull negozju noffru leadership, inkunu nnovaturi, fuq kollox insibu postna f’suq globalizzat. Ma nistgħux nibqgħu naħsbu ta’ nies komdi u nippermettu li kollox jibqa’ kif inhu. Jenhtieg li nkunu lesti li nbiddlu fejn jidħol work practices. Dan il-programm li qed nitkellmu dwaru llum, joffrilna l-opportunita’ li naraw ħaddieħor kif jaħsibha u kif irrisponda għall-isfdi li bħalna iffaċċja żmien ilu.” |
| “Inħeġġiġkom | issibu l-ħin, għamlu l-kuraġġ u pparteċipaw. Li titħalltu u titkellmu fuq kif tistgħu tinnegozjaw aħjar huwa nvestimemt fil-ġejjieni tan-negozju tagħkhom. Din hija okkażjoni tad-deheb. Dan huwa l-mod ta’ kif tistgħu intom stess tibbenefikaw direttament. Hawn, in-negozji ż-żgħar qed ikunu mitluba biex jiehdu sehem f’opportunita’ li tiswa ħafna għas-suċċess ta’ pajjiżna.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en