Left arrow Go Back

IL-PROGRAMM LEONARDO U L-KOMUNITA’ IMPRENDITORJALI

pr938
Date Icon 31/07/2003
“In-negozjitaghna jkunu kapaci jirbhu l-isfida tal-kompetizzjoni fis-suq, daqskemm ser ikunu kapaċi jgħarrfu jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom. Ser ikunu kapaċi jkunu nnovattivi u jagħmlu lil xulxin, differenti minn xulxin, iżda jridu wkoll ikunu kapaċi jitgħallmu minn ħaddieħor.  Dmirna mhux li ningħalqu, iżda li niftħu moħħna għal idejat ġodda, naraw lil ħaddieħor jaħdem bħalna u nitgħallmu minn xulxin.  Għalhekk l-akbar investiment li huwa meħtieġ għal min qiegħed fin-negozju huwa li jkun kapaċi jikkompeti b’intelligenza.”
Dawnkienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem  f’laqgha għal artiġjani, self-employed u sidien tan-negozji żgħar, fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Din il-laqgha  kienet organizzata bil-ħsieb li dawn tingħatalhom l-opportunita’ li jitkellmu dwar l-inizjattiva Leonardo Da Vinci, li hija maħsuba li tlaqqa’ flimkien imprendituri minn diversi pajjiżi, sabiex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tan-negozju u jitgħallmu minn xulxin.
Is-SegretarjuParlamentari kompla jgħid li  “Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea toffri l-aħjar vantaġġ:  li kapaċi jbiddel l-isfida tal- kompetizzjoni f’opportunita’ ta’ swieq ġodda.  Dan għaliex tgħin biex tqarreb u ġġib flimkien imprendituri li sal-bierah kienu jahdmu f’suq ristrett, biex issa jahdmu flimkien ma’ ohrajn f’suq ferm akbar, fejn il-kollaborazzjoni bejn l-operaturi tal-kummerċ hija l-ordni tal-ġurnata.”
“Il-ProgrammLeonardo għal min qiegħed fin-negozju joffri opportunitajiet ta’ qsim ta’ esperjenzi ma’ imprendituri oħra, kemm dawk self-employed kif ukoll jekk employers ma’ imprendituri ohrajn, li bħalhom qed jaħdmu fl-istess settur.  Illum mhux qed nitkellmu dwar fondi mill-Unjoni Ewropea li jissarrfu direttament fi flus, iżda fuq fondi li nistgħu insarrfuhom f’taħriġ, bdil ta’ ideat u qsim ta’ esperjenzi.   Fuq kollox, il-program, jaghti informazzjoni ġdida li tista’ ttejjeb in-negozju għaliex kapaċi tagħtih dimensjoni oħra.”
EdwinVassallo żied jħid li: “Pajjiżna ser ikollu jbiddel il-mod ta’ kif jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-kummerċ.  Aħna mitluba li f’kull negozju noffru leadership, inkunu nnovaturi, fuq kollox insibu postna f’suq globalizzat.  Ma nistgħux nibqgħu naħsbu ta’ nies komdi u nippermettu li kollox jibqa’ kif inhu.  Jenhtieg li nkunu lesti li nbiddlu fejn jidħol work practices.   Dan il-programm li qed nitkellmu dwaru llum, joffrilna l-opportunita’ li naraw ħaddieħor kif jaħsibha u kif irrisponda għall-isfdi li bħalna iffaċċja żmien ilu.”
“Inħeġġiġkomissibu l-ħin, għamlu l-kuraġġ u pparteċipaw. Li titħalltu u titkellmu fuq kif tistgħu tinnegozjaw aħjar huwa nvestimemt fil-ġejjieni tan-negozju tagħkhom.  Din hija okkażjoni tad-deheb.  Dan huwa l-mod ta’ kif tistgħu intom stess tibbenefikaw direttament.  Hawn, in-negozji ż-żgħar qed ikunu mitluba biex jiehdu sehem f’opportunita’ li tiswa ħafna għas-suċċess ta’ pajjiżna.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow