Il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern izur lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara
pr933
30/07/2003
| Fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar | anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern ser jorganizza Konferenza Nazzjonali biex jigu evalwati l-ewwel ghaxar snin tal-Kunsilli Lokali u jsiru diskussjonijiet dwar it-triq li l-Kunsilli ghandhom quddiemhom. Dan habbru l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg waqt zjara ufficjali li ghamel lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. |
| Il-Ministru Borg beda | billi irringrazzja lill-Kunsill ta’ Birkirkara ta’ l-istedina li ghamillu. Huwa fakkar li Birkirkara huwa l-ikbar post f’Malta u allura l-Kunsill, maghmul minn rapprezentanti tal-partiti politici kollha, ghandu quddiemu hafna xoghol. |
| Il-Ministru Borg qal li | fl-Ewropa, il-Kunsilli Lokali kollha jiffurmaw parti mill-Ministeru ta’ l-Intern u qal li kienet decizjoni ghaqlija tal-Gvern li l-Kunsilli Lokali u numru ta’ dipartimenti u agenziji tal-Gvern li ghandhom x’jaqsmu mal-Kunsilli, fosthom il-Pulizija, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern u l-Ufficcju Kongunt, issa qeghdin taht l-istess dekasteru fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern. Dan huwa posittiv ghax zgur ser jghin biex jithaffef il-process billi jnaqqas il-burokrazija li kienet ittawwal iz-zmien li kien jittiehed biex jigu evalwati u processati talbiet minn Kunsilli Lokali. |
| Il-Ministru Borg qal li l-esperjenza | tad-devoluzzjoni ta’ proprjeta’ lill-Kunsilli hija tajba. “Minn dak li rajna s’issa, jidher li l-Kunsilli huma kapaci jamministraw b’mod tajjeb proprjeta’ u art tal-Gvern, fosthom gonna u anki bini storiku.” |
| Dr. Tonio Borg qal li l-Gvern | prezenti dejjem emmen fil-Kunsilli Lokali. Kien hu li holoqhom, tahom u dejjem zied il-finanzi biex joperaw. Tul dawn l-ahhar ghaxar snin dejjem zied ir-responsabbiltajiet u poteri lill-Kunsilli Lokali. Dan ghax jaf li l-Kunsilli, nehhi xi ftit, hadmu b’responsabbilta ghal gid tac-cittadini tal-lokalita li jirraprezentaw. Hawn il-Ministru semma is-somma ta’ Lm11 miljun li l-Kunsilli jinghataw kull sena mill-Gvern Centrali. Qabel it-twaqqif tal-Kunsilli, seta’ kien hemm certi lokalitajiet li kienu jiehdu hafna flus mill-Gvern Centrali waqt li ohrajn kienu jiehdu inqas. Illum kull lokalita’ f’Malta u Ghawdex jiehu l-parti tieghu u allura d-ditribuzzjoni tal-fondi hija iktar ekwa u gusta. |
| Waqt laqgha li saret ftit | ilu fi Strasburg, il-Ministru Borg kien sahaq li l-Gvern huwa kontra li l-Kunsilli jigbru taxxi. Biss dan ma jfissirx li tigi eskluza l-possibilita li jekk Kunsill Lokali joffri servizz li minnu jingabru flus ghall-Gvern Centrali, allura dan jithallas talli jaghti dan is-servizz. |
| Il-Kunsilli, kompla l-Ministru | Borg, m’ghandhomx jistennew biss ic-cekk tal-budget izda ghandhom ifittxu u jsibu mezzi kif idahhlu iktar flus. Hemm hafna programmi ta’ l-Unjoni Ewropeja li minnhom il-Kunsilli jistghu jiksbu fondi ghal progetti fil-lokalitajiet taghhom. Jekk Kunsill ikun proattiv jista’ jikseb ammonti sostanzjali ta’ flus. |
| Meta tkellem dwar | il-Konferenza Nazzjonali li ser tigi organizzata iktar tard din is-sena, Tonio Borg qal li “Minn fejn bdejna nafu u nafu ukoll fejn qeghdin. Issa, wara ghaxar snin, irridu naraw minn hawn fejn sejrin. X’inhi it-triq quddiemna. U ghal dan il-ghan il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern iktar tard din is-sena ser jorganizza, bil-kollabrazzjoni ta’ l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali konferenza nazzjonali biex flimkien naraw kif il-Kunsilli jistghu jevolvu iktar ghal gid tar-residenti.” |
| Il-Ministru Borg ghalaq | billi wieghed l-appogg shih tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern, id-dipartimenti u agenziji li jaqghu tahtu, kull ghajnuna u koperazzjoni lill-Kunsilli u lill-kunsilliera li volontarjament, qed jaghmlu gid lill-ibliet u l-irhula taghna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en