Left arrow Mur Lura

TĦEJJIJA GĦALL-INFLUSS TA’ TURIŻMU F’GĦAWDEX

pr930
Date Icon 29/07/2003
Bi tħejjija għall-influss qawwi ta’ turiżmu fil-jiem tas-sajfu speċjalment f’Awissu, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex dalgħodu ltaqgħet mad-diversi uffiċjali nkarigati minn servizzi soċjali u infrastrutturali f’Għawdex.  Il-laqgħa saret sabiex, anke din is-sena, bħal fis-snin l-imgħoddija, jiġi assigurat li dawn is-servizzi jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċenti possibbli anki fil-jiem li ġejjin meta mistennija li għadd kbir ta’ Maltin u barranin iqattgħu jiem ta’ btala f’Għawdex.
Il-Ministru Debono saħqetli t-turiżmu sew dak barrani kif ukoll dak intern, huwa s-sinsla ta’ l-ekonomija ta’ Għawdex.  Huwa d-dmir ta’ kull min hu responsabbli li jiżgura mhux biss li l-gżira tinżamm dejjem b’dehra tajba ta’ organizzazzjoni u ndafa iżda ukoll li s-servizzi kollha jingħataw fil-pront u b’effiċenza.  Hija saħqet li s-servizzi li noffru jridu jingħataw kif ikun mixtieq u mistenni minn min jużahom.  Irridu naċċertaw li kull min iżur Għawdex iħossu milqugħ, rispettat u mogħti l-aħjar servizz kif inhu xieraq għaż-żminijiet tal-lum.
Sadanittant il-Ministeru għal Għawdex javża li kull min ikollu bżonnservizzi pubbliċi b’emerġenza wara l-ħinijiet tax-xogħol kif ukoll fil-ħdud u l-festi pubbliċi għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon 21 561482 fejn ikun hemm uffiċjal inkarigat apposta biex jieħu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow