TĦEJJIJA GĦALL-INFLUSS TA’ TURIŻMU F’GĦAWDEX
pr930
29/07/2003
| Bi tħejjija għall-influss qawwi ta’ turiżmu fil-jiem tas-sajf | u speċjalment f’Awissu, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex dalgħodu ltaqgħet mad-diversi uffiċjali nkarigati minn servizzi soċjali u infrastrutturali f’Għawdex. Il-laqgħa saret sabiex, anke din is-sena, bħal fis-snin l-imgħoddija, jiġi assigurat li dawn is-servizzi jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċenti possibbli anki fil-jiem li ġejjin meta mistennija li għadd kbir ta’ Maltin u barranin iqattgħu jiem ta’ btala f’Għawdex. |
| Il-Ministru Debono saħqet | li t-turiżmu sew dak barrani kif ukoll dak intern, huwa s-sinsla ta’ l-ekonomija ta’ Għawdex. Huwa d-dmir ta’ kull min hu responsabbli li jiżgura mhux biss li l-gżira tinżamm dejjem b’dehra tajba ta’ organizzazzjoni u ndafa iżda ukoll li s-servizzi kollha jingħataw fil-pront u b’effiċenza. Hija saħqet li s-servizzi li noffru jridu jingħataw kif ikun mixtieq u mistenni minn min jużahom. Irridu naċċertaw li kull min iżur Għawdex iħossu milqugħ, rispettat u mogħti l-aħjar servizz kif inhu xieraq għaż-żminijiet tal-lum. |
| Sadanittant il-Ministeru għal Għawdex javża li kull min ikollu bżonn | servizzi pubbliċi b’emerġenza wara l-ħinijiet tax-xogħol kif ukoll fil-ħdud u l-festi pubbliċi għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon 21 561482 fejn ikun hemm uffiċjal inkarigat apposta biex jieħu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en