Left arrow Mur Lura

Industrija tal-Bioteknoloġija sal-2015

pr927
Date Icon 28/07/2003
Il-KunsillMalti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) nieda proġett pilota fil-Bioteknoloġija fuq livell nazzjonali bħala wieħed mill-proġetti pilota tal-programm tal-UE eFORESEE li hu parti mill-programm Fifth Framework (FP5).  Dan il-proġett pilota hu t-tielet wieħed li qed jiġi mniedi mill-MCST, l-ewwel wieħed kien jittratta it-teknoloġija tal-kommunikazzjoni u informatika (ICT) u t-tieni wieħed dwar is-settur marittimu.  Il-proġett pilota se jiffoka fuq “Il-ħolqien ta’ Industrija Maltija tal-Bioteknoloġija sal-2015”.  L-iskop hu li l-industrija żgħira li hawn f’pajjiżna tiġi ikkultivata biex sal-2015 tkun parti importanti mill-ekonomija tal-pajjiż.  Dan irid iseħħ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn istituzjonijiet edukattivi, is-settur pubbliku u dak privat u s-soċjeta’ b’mod wiesgha.
Waqtit-tnedija ta’ dan il-proġett, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li l-proġett ta’ l-eFORESEE dwar il-bioteknoloġija hu inizjattiva strateġika li tfisser sfida importanti għal Malta.  Din l-inizjattiva ser tħeġġiġna naħsbuħa darbtejn dwar kif l-aħjar infasslu l-istrateġiji u l-politika nazzjonali f’dan il-qasam.  Hu qal li dan il-proċess ta’ ħsieb hu partikolarment importanti f’dawn iż-żminijiet meta pajjiżna qed iħejji ruħhu gad-dinja globalizzata u bħala membru ġdid ta’ l-UE.  Il-Ministru qal li l-idea ta’ ‘foresight’ jiġifieri il-viżjoni fit-tul, tista tgħin biex nindirizzaw l-isfida tal-kompetittivita’ permezz ta’ investiment għaqli fir-riċerka u l-innovazzjoni.  Il-viżjoni fit-tul tagħtina wkoll il-vantaġġ li nieħdu l-massimu mill-investiment li nagħmlu billi jkun magħmul b’mod effiċjenti u effettiv.
Il-MinistruGalea qal li f’dan il-proċess irid ikun hemm l-involviment tal-oqsma soċjali minn kull livell, kif ukoll l-involviment ta’ ministeri u dipartimenti.  B’hekk il-proċess ikun wieħed inklussiv li jinvolvi l-pajjiż kollu.
LouisGalea qal li f’pajjiżi oħra il-viżjoni fit-tul qed tintuża biex jiġu identifikati oqsma partikolari li jistgħu jagħtu vantaġġ kompettittiv b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġija u l-informatika.  Dan ifisser li l-pajjiż ikun jista jiddeċiedi x’inhuma l-prioritajiet u għalhekk jiġi stabbilit fejn ikun hemm bżonn ta’ investiment fir-riċerka.  Madankollu l-iskop ewlieni jibqa dak li permezz ta din il-viżjoni fit-tul il-pajjiżi jagħrfu x’se jkun l-impatt ta’ l-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija fuq l-ekonomija u s-soċjeta’.  Il-fatt li x-xjenza, t-teknoloġija, r-riċerka u l-innovazzjoni huma xprun għall-iżvilupp tal-kompetittivita’ fisser li qed tikber l-importanza li kull-pajjiż ikollu viżjoni fit-tul kemm fl-Ewropa kif ukoll fuq livell dinji.
Il-MinistruLouis Galea qal li pajjiżna għandu storja b’saħħitha fil-bioteknoloġija tradizzjonali.  Pajjiżna għandu industrija tal-birra u ta’ l-imbejjed, madankollu ma rnexxielniex nissfruttaw l-avvanzi aktar reċenti fil-qasam bioteknoloġiku partikolarment f’dawn l-aħħar 25 sena.  F’dawn l-aħħar snin sar progress partikolari fil-ġenetika li qed tissejjaħ it-tielet ġenerazzjoni tal-bioteknoloġija.
F’pajjiżioħra istituzzjonijiet pubbliċi u privati qed joffru prodotti u servizzi li huma riżultat ta’ l-iżvilupp fil-bioteknoloġija.  Fl-Istati Uniti biss hemm aktar minn 300 kumpanija b’investiment kapitali ta’ madwar $3.53 biljun u b’turnover ta’ aktar minn  $22 biljun fis sena.
L-MCSTu l-Malta Enterprise identifikaw l-bioteknoloġija bħala wieħed mill-oqsma ewlenin li fihom hemm bżonn investiment nazzjonali fir-riċerka u fl-innovazzjoni.  Anke l-UE se tkun qed tiffoka fuq il-bioteknoloġija bħala wieħed mill-oqsma ewlenin biex l-Ewropa tkun tista tikkompeti mal-Istati Uniti u l-Ġappun.  Hu f’dan id-dawl li ntgħażel il-qasam tal-bioteknoloġija biex isir proġett pilota f’pajjiżna.
eFORSEEhu programm ta’ sentejn, iffinanzjat mill-UE taħt il-programm Fifth-Framework.  Il-proġett jgħin lill-pajjiżi ż-żgħar u partikolarment lil dawk li joħolqu il-politika fil-pajjiż biex jindirizzaw il-problemi u l-isfidi li jkollhom fl-implimentazzjoni tal-viżjoni fit-tul (foresight). B’mod partikolari il-programm jgħin lill-pajjiżi jwettqu il-bidliet strutturali li hemm bżonn biex isiru parti miż-Żona ta’ Riċerka Ewropea.  Forsight jew il-holqien ta’ viżjoni fit-tul tfisser li jkun hemm proċees fejn issir riċerka biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu illum ikunu immirati lejn xi ħaġa konkreta fi żmien aktar imbiegħed.  Biex dan iseħħ hemm bżonn l-involviment ta’ setturi differenti li jkollhom x’jaqsmu ma settur partikolari.
L-Imsieħba f’dan il-proġett huma Maltal-Estonia u Ċipru.  Kull pajjiż qed iwettaq serje ta’ proġetti pilota skond il-prioritajiet nazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow