IL-MINISTRU TA’ L-INTERN TA’ L-ITALJA, L-ONOR GIUSEPPE PISANU F’MALTA GHAL TAHDIDIET MAL-MINISTRU GHALL-GUSTIZZA U L-INTERN, L-ONOR. TONIO BORG
pr924
28/07/2003
| Il-Gvern Malti huwa lest li | jikkopera f’inizjattivi biex ikun hemm iktar kollaborazzjoni fil-glieda kontra l-imigrazzjoni illegali fil-Mediterran. |
| Dan qalu l-Ministru | ghall-Gustizzja u l-Intern l-Onor. Tonio Borg meta ltaqa’ mal-Ministru Taljan ta’ l-Intern Giuseppe Pisanu, hekk kif dan wasal Malta ghal zjara qasira li matulha ser ikollu tahdidiet formali mal-Gvern. |
| Bhalissa il-Ministru Pisanu, | flimkien ma’ delegazzjoni Taljana, qed ikollu laqghat mal-Ministri ta’ l-Intern tal-pajjizi li ser jissiehbu fl-Unjoni Ewropea s-sena d-diehla. |
| Wara li ta l-merhba | lill-Ministru Pisanu u d-delegazzjoni Taljana, il-Ministru Borg tkellem dwar ir-rabta li tezisti bejn iz-zewg pajjizi, li mhux biss jistghu jitqiesu bhala girien imma bhala pajjizi hbieb li dejjem ghenu lil xulxin. Dwar il-problema tal-klandestini, Malta u l-Italja, flimkien mal-pajjizi l-ohra tal-Mediterran iridu jahdmu biex isolvu din il-problema li qed tolqot lill-pajjizi kollha tal-Mediterran. |
| Il-Ministru Giuseppe Pisanu | ser jiltaqa’ formalment mal-Ministru Tonio Borg nhar it-Tnejn. Ghal laqgha mistenni li jkun hemm ukoll il-Ministru ghall-Affarijiet barranin Dr. Joe Borg u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en