Left arrow Mur Lura

Rikonoxximent ghas-sehem tal-Kunsilli Lokali fil-Kampanja ‘Sebbah Pajjizek

pr923
Date Icon 28/07/2003

Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern,  l-Onor. Dr Tonio Borg  ipprezenta l-premjijiet lir-rebbieha kollha tal-kompetizzjoni ‘Sebbah Pajjizek’. Il-prezentazzjoni saret fis-Sala Vassalli fic-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi. 

·     Gnien il-Bajja s-Sabiha, f’Birzebbuga rebah l-ewwel premju fil-kategorija ghall-Isbah Gonna Pubblici Mzejjna, filwaqt li Gnien Triq il-Madonna ta’ Fatima fin-Nadur kiseb it-tieni post. 

·     Gnien ta’ Kemmuna fin-Nadur rebah il-kategorija ta’ l-Isbah Gonna Pubblici fil-Maghluq filwaqt li Gnien Romeo Romano f’Santa Venera kiseb it-tieni post.  

·     Il-kategorija ta’ l-Isbah Gnien Miftuh u mzejjen b’sigar, pjanti u fjuri intrebhet mill-Gnien Centru Rikreattiv f’Hal-Lija filwaqt li Gnien fi Triq l-Imhalla fin-Naxxar gie fit-tieni post.  

·     Il-playing field tal-Hali fin-Nadur rebhet l-ewwel post fil-kategorija ta’ l-Ispazji Pubblici mzejjna b’sigar, pjanti u fjuri, filwaqt li l-playing field ta’ Triq l-Erwieh fil-Mellieha giet fit-tieni post.  

·     Fil-kategorija ghall-Isbah Tizjin ta’ Pjazez/Spazji Pubblici, Misrah Dicembru Tlettax fiz-Zejtun inghata l-ewwel post u fit-tieni post gie Misrah ir-Rebha fin-Naxxar.  

·     Il-Kunsill Lokali tal-Mellieha kiseb l-ewwel u t-tieni post fil-kategorija ghall-Izjed Bajjiet bir-Ramel mizmuma tajjeb permezz tal-Bajja ta’ l-Ghadira u dik tal-Mixquqa maghrufa ahjar bhala Golden Bay.  

·     Fil-kategorija ghall-Izjed Kosta bil-Blat mizmuma tajjeb li huma accessibbli u popolari ghall-ghawm, il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala rebhet l-ewwel post filwaqt li l-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn kisbet it-tieni post.  

·     Triq ix-Xatt u Triq is-Salini f’Marsaskala nghataw il-premju ghall-isbah promenade, waqt li Triq Martino Carcas f’Ghajnsielem gie fit-tieni post fl-istess kategorija.     

·     Il-Kunsilli Lokali tan-Nadur u tal-Mellieha rebhu l-ewwel u t-tieni post rispettivament ghall-partecipazzjoni tar-residenti u l-komunita’ kummercjali taghhom. 

·     Fil-kategorija taz-zoni mhux urbani, l-ewwel post ma nghatax ghaliex l-ebda partecipant ma gab l-ammont ta’ punti li kien hemm bzonn.  

Il-gurija tatit-tieni premju lill-kunsilli lokali li kisbu l-ahjar tlett postijiet jigifieri lill-Mellieha, lix-Xaghra u lis-Siggiewi. Fil-kategorija ghall-Ahjar Inizjattiva Ghal Lokalita Ahjar inghata premju lill-Kunsilli Lokali ta’ n-Nadur, tal-Gharghur u u tal-Birgu.
Sabiextitfakkar is-Sena Internazzjonali ta’ l-Eko-Turizmu, il-kampanja ta’ din is-sena rat l-introduzzjoni ta’ kategorija gdida fil-kompetizzjoni li tiffoka b’mod specifiku fuq il-promozzjoni ta’ dan l-aspett importanti ghall-harsien ta’ l-ambjent rurali. F’din il-kategorija ghall-Isbah Widien, Wied Gnien Ingraw fil-Mellieha rebah l-ewwel premju segwit minn Wied ta’ Grejgel fin-Nadur li nghata t-tieni post.
Ghalkemmdawn il-kompetizzjonijiet kienu koordinati mil-Kunsilli Lokali sabiex jitharsu l-lokalitajiet rispettivi taghhom, il-kampanja tfittex li tinkoraggixxi lill-kunsilli lokali, lir-residenti u lill-komunitajiet kummercjali sabiex jippartecipaw fit-tizjin tal-lokalita’ fejn jghixu jew joperaw. Permezz tal-partecipazzjoni f’din il-kampanja, il-kunsilli lokali kellhom ukoll l-opportunita li jiehdu sehem fil-kompetizzjonijijet ta’ Sebbah Pajjizek bic-cans li jirbhu premijiet fi flus.
SebbahPajjizek tfittex li tinvolvi lil kull cittadin ghaliex l-ambjent huwa ta’ kulhadd u b’hekk, kull cittadin jista’ jaghmel il-parti tieghu sabiex pajjizna jkun isbah u izjed nadif.
Il-kampanjatfittex ukoll li ggib bidla fil-mentalita rigward is-sens civiku, l-indafa pubblika u t-tisbih ta’ l-inhawi fejn noqghodu. Sebbah Pajjizek tippromwovi wkoll kuxjenza favur ambjent aktar nadif li jista’ jitgawda mir-residenti, mit-turisti u l-generazzjonijiet tal-gejjieni. Ghalhekk, tmiem il-kampanja  m’ghandhux ifisser  it-tmiem, izda l-bidu ta’ mentalita’ gdida li tippromwovi is-slogan tal-kampanja:  lokalita isbah, pajjiz isbah.
Il-kampanjahija mghejjuna finanzjarjament mill-Bank of Valletta, Middle Sea Valletta Life Assurance, l-Awtorita Maltija tat-Turizmu, il-Maltapost, u Central Cigarette Co Ltd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow