Tishih ta’ l-Istitut ta’ l-Inginerija tal-Bini u Kostruzzjoni - MCAST
L-Istitut ta’ l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni ta’ l-MCAST qiegħed itella’ għall-ewwel darba din is-sena konferenza dwar l-iżvilupp kontinwu u professjonali ta’ l-impjegati. It-taħriġ qed jiġi organizzat bl-għajnuna ta’ kumpanija Maltija ta’ taħriġ. It-tema ser tkun "Il-Kwalita’ ta’ Tagħlim u Taħriġ" peress li ser jiġu diskussi l-aspetti tat-tgħalim, il-post tax-xogħol u l-effetti tat-taħriġ fid-dinja tax-xogħol.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li it-taħriġ kontinwu huwa bżonjuz għad-dinja tax-xogħol biex ikun hemm bażi soda. Il-Ministru kompla jzid li l-MCAST, qed jipprovdi diversi opportunitajiet għal numru kbir ta’ studenti kemm irġiel kif ukoll nisa, u ta’ kull eta biex ikomplu t-taħriġ fis-suġġett ta’ l-għażla tagħhom, kemm part-time kif ukoll full-time. Il-Ministru Galea qal li l-MCAST qed jaħdem ukoll biex ikollu rabta tajba mad-dinja tax-xogħol u istituzzjonijiet oħra tat-tagħlim biex it-taħriġ li jinagħta ikun l-aktar reċenti u avvanzat.
Waqt din il-konferenza, ġie pprezentat donazzjoni ta’ Lm1000 mingħand ir-Royal Institute of Chartered Surveyors U.K. (Malta). Din id-donazzjoni ser tkun uzata biex jinxtara l-aktar software avvanzat fil-qasam ta’ Quantity Surveying, ‘Masterbill’, għall-istudenti li jattendu dan il-kors.
Dan l-Istitut għadu kif ikkonkluda l-ewwel sena minn part-time kors ta’ tlett snin, li jwassal għal Diploma li qed jiġi organizzat lokalment f’kollaborazzjoni mall-Kulleġġ ta’ l-Estate Management (Renju Unit). Dan huwa l-ewwel ftehim ta’ kollaborazzjoni li ntlahaq s’issa ma’ l-MCAST, ftehim li eventwalment ser iwassal l-istudenti Maltin biex jidħlu għat-tielet sena tad-degree fil-kors ta’ Quantity Surveying fl-Universita’ ta’ Reading. Fil-preżent hemm 27 student jattendu dan il-kors.
Permezz ta’ dan il-ftehim ma’ l-Istitut taċ-Chartered Surveyors U.K. id-diploma li tinagħta qed tiġi rikonoxxuta mill-Kulleġġ ta’ l-Estate Management. Dan ifisser li l-istudenti li jikkwalifikaw għandhom l-opportunita’ li jsiru membri tat-TechRics li tagħmel parti mill-Istitut tas-Surveyors.
Il-Ministru Louis Gales qal li permezz ta’ dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni qed jizdiedu l-opportunitajiet għall-istundenti Maltin. Huwa żied li permezz tal-flessiblita’ u l-versatilita’ tal-MCAST, qed jiġbed lejħ numru dejjem jikber ta’ studenti. Il-Ministru qal li dan jawgura tajjeb għall-ftuħ tat-tlett istituti godda li ser jiftħu f-Settembru li ġej. Dawn it-tlett istituti ukoll se jkunu mibnija fuq pedamenti tajbin u fuq it-tajjeb li diġa kien hemm Iżda permezz ta’ l-MCAST hu mistenni li jingħataw l-ispinta li għandhom bżonn biex ikomplu jservu l-ħtiġijiet tal-pajjiż u joħolqu oqsma ġodda ta’ taħriġ u xogħol.
L-Istitut ta’ l-Inginerija tal-Bini u Kostruzzjoni bħalissa jakkomoda 350 student full-time u 160 part-time li jattendu l-korsijiet fil-għaxija. Il-korsijiet full-time li qed joffri l-MCAST huma:
- Certificate course in Trowel trades that is Plastering & Tile laying; Painting & decorating and Glazing.
- Certificate course in stone construction leading to mason's licence.
- Certificate course in Stone Heritage Skills
- Certificate course in Construction and Engineering Skills
- Technician level course in Heating Ventilation & Air conditioning
- Technician level course in Draughtsmanship
L-Infiq kapitali din is-sena kien ta’ Lm 25,000, li jinkludi fih investiment sostanzjali fl-IT.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en