Left arrow Mur Lura

JIRBHU KOMPETIZZJONI B’TEMA AMBJENTALI ORGANIZZATA MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAN-NISA

pr909
Date Icon 24/07/2003

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ltaqa’ ma’ żewġ studenti Maltin qabel ma ħallew Malta għall-żjara fl-Italja wara li rebħu kompetizzjoni b’tema ambjentali organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Għall-attivita’ kien preżenti wkoll l-Ambaxxatur Taljan għal Malta, Alvise Memmo.

Il-kompetizzjoni kellha t-tema The Environmentthrough the eyes of our children u kienet maqsuma f’żewġ kategoriji – għall-istudenti ta’ anqas minn tnax-il sena u studenti ta ’l fuq minn tnax-il sena. Ir-rebbieħa huma Luke Micallef mill-iskola San Andrea u Janice Borg mill-iskola Marija Immakulata tal-Ħamrun.
L-istudenti rebbieħa, flimkien mal-ġenituritagħhom, ingħataw vjaġġ ta’ ġimgħa f’park nazzjonali f’Bolzano fejn tħejja għalihom programm intensiv ta’ żjajjar. Dan il-premju ngħata mill-Ministeru għall-Ambjent Taljan fuq talba tal-Ministeru għall-Ambjent Malti.
F’diskors qasir tal-okkażżjoni, il-MinistruPullicino awgura li kompetizzjonijiet bħal dawn isiru b’mod regolari matul is-sena. Hu rringrazzja lill-Gvern Taljan għall-koperazzjoni tiegħu u qal li din il-kollaborazzjoni qed tkun estiża wkoll fil-ħidma sabiex f’Malta jitwaqqfu wardens ekoloġiċi ambjentali bħalma hemm fl-Italja.
Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa, il-Ministru GeorgePullicino rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa għall-inizjattiva tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow