L-Enginereed Controlled Landfills ser isiru b’teknika u bi standards internazzjonali
Kuntrarjament ghal dak li qal il-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni ghas-Servizzi Infrastrutturali, l-Onor. Joe Mizzi, l-uzu tal-barrieri fix-Xghara tal-Maghlaq u f’Qasam il-Kbir, li jinsabu fit-tarf tal-kosta bejn Lapsi u Hagar Qim, ser iservu sabiex fihom jinbnew Engineered Controlled Landfills skond standards internazzjonali u fl-istess hin iz-zewg barrieri jigu rijabilitati ghad-dehra originali taghhom.
Il-Ministru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit qal li l-Onor. Joe Mizzi ghamel konfuzjoni shiha mit-titlu tal-progett, u ma ndenjax ruhu jaqra l-kontenut tal-PDS (Project Description Statement), li jaghti dettalji specifici tal-progett. Il-Ministru zied jghid li l-Onor. Mizzi pprova jinganna u jqarraq meta tenna li r-rijabilitazzjoni tal-barrieri ma tistax issir permezz ta’ Engineered Controlled Landfill.
| Il-Ministru Ninu Zammit intant rega` fakkar li Engineered | Controlled Landfill issir b’teknika u fuq standards internazzjonali, li jissalvagwardjaw l-ambjent kollu. Dan il-process infrastrutturali jinvolvi katina ta’ proceduri ohra, fosthom separazzjoni ta’ l-iskart, depozitar ta’ skart bhal radam f’barrieri ohra, protezzjoni ta’ l-ilma tal-pjan permezz ta’ membranes, u gbir u trattament ta’ likwidu velenuz, maghruf bhala leachates mill-istess Engineered Landfills. Dawn it-tip ta’ mizuri jiggarantixxu li f’pajjizna ma jkollniex iktar mizbliet bla kontroll, bhal ma bdew isiru fis-snin 70, f’postijiet bhal Maghtab, Wied Fulija, fiz-zoni ta’ bejn Hagar Qim u Wied iz-Zurrieq, kif ukoll bejn is-Siggiewi u l-Qrendi, fiz-zona maghrufa bhala ta’ Lanza. |
| Fl-ahharnett il-Ministru Ninu Zammit tenna li | bl-eccezzjoni tal-Kelliem ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Joe Mizzi, kull min jaqra l-PDS, dwar il-progett ta’ l-Interim Engineered Controlled Landfill jinduna, japprezza, jifhem, u jserrah mohhu darba ghall-dejjem li l-Engineered Landfills proposti ser isiru skond is-sengha u skond standards internazzjonali bl-iskop li ntejbu l-ambjent li nghixu fih. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en