DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO WAQT TQASSIM TA’ ĊERTIFIKATI TA’ PARTEĊIPAZZJONI F’KORS DWAR IL-‘PACKAGING’, ORGANIZZAT MILL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT
pr905
24/07/2003
| “Mill-kompetizzjoni | f’pajjiżna m’aħniex neqsin, filwaqt li l-kompetizzjoni fuq livell globali hija aktar intensiva. Għalhekk qiegħed jidher dejjem aktar li kemm-il darba rridu naraw lill-imprendituri tagħna jirbħu f’din il-kompetizzjoni u n-negozju jirnexxi, bħala mprendituri Maltin għandna bżonn li nkunu aktar intelliġenti u nnovattivi. Fil-qasam ta’ l-artiġjanat ukoll għandha naraw kif intejjbu kontinwament il-preżentazzjoni tal-prodotti tagħna. Il-Malti jgħid “l-għajta nofs il-bejgħ” u li “l-għajn l-ewwel li tiekol”. Għalhekk nitgħallmu u nibqgħu inżommu f’moħħna dak li kienu jgħidu ta’ qabilna, illum irridu naraw li nkunu ferm aħjar. |
| L-imprendituri | tagħna kemm jekk fil-qasam ta’ l-artiġjanat kif ukoll jekk fil-qasam tal-bejgħ bl-immnut, irridu naraw li nkunu minn ta’ quddiem kif nagħtu karattru lin-negozju tagħna, naraw kif inkunu nnovattivi, differenti minn ta’ ħdejna. Dan jgħodd għal kompetittivita’ fil-livell lokali, l-istess irridu naraw kif nirbħu fil-kompetizzjoni fil-livell tas-suq Ewropew u fil-livell tas-suq globali. |
| Illum din iċ-ċerimonja hija waħda simbolika, iżda warajha għandha | oggettiv. Dak li nwasslu l-messaġġ li f’kull livell tan-negozju li jekk irridu nikkompetu, rridu wkoll insibu ħin biex intejjbu l-ħsieb tagħna, insibu mument li nkomplu nitgħallmu. |
| Is-sena | li ġejja għandha tkun iddedikata għat-taħriġ ta’ l-imprenditorija kemm għal studenti, kemm għal dawk li ser ikunu qed japplikaw għal-liċenzja tan-negozju, kif ukoll għal dawk li qegħdin diga’ fin-negozju. |
| Il-Kunsill | Malti għall-Artiġjanat ser ikompli jieħu ħsieb jorganizza opportunitajiet ta’ taħriġ għall-imprendituri u għall-artiġjani, u hekk ser ikun ukoll qiegħed isir għal individwi li huma diġa’ fin-negozju.” |
| Dawn | kienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici,l-Onor. Edwin Vassallo waqt il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ attendenza lil dawk li pparteċipaw għal Course in Packaging organizzat mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en