Left arrow Go Back

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO WAQT TQASSIM TA’ ĊERTIFIKATI TA’ PARTEĊIPAZZJONI F’KORS DWAR IL-‘PACKAGING’, ORGANIZZAT MILL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT

pr905
Date Icon 24/07/2003
“Mill-kompetizzjonif’pajjiżna m’aħniex neqsin, filwaqt li l-kompetizzjoni fuq livell globali hija aktar intensiva.  Għalhekk qiegħed jidher dejjem aktar li kemm-il darba rridu naraw lill-imprendituri tagħna jirbħu f’din il-kompetizzjoni u n-negozju jirnexxi, bħala mprendituri Maltin għandna bżonn li nkunu aktar intelliġenti u nnovattivi.  Fil-qasam ta’ l-artiġjanat ukoll għandha naraw kif intejjbu kontinwament il-preżentazzjoni tal-prodotti tagħna.  Il-Malti jgħid “l-għajta nofs il-bejgħ” u li  “l-għajn l-ewwel li tiekol”. Għalhekk nitgħallmu u nibqgħu inżommu f’moħħna dak li kienu jgħidu ta’ qabilna, illum irridu naraw li nkunu ferm aħjar.
L-imprendituritagħna kemm jekk fil-qasam ta’ l-artiġjanat kif ukoll jekk fil-qasam tal-bejgħ bl-immnut, irridu naraw li nkunu minn ta’ quddiem kif nagħtu karattru lin-negozju tagħna, naraw kif inkunu nnovattivi, differenti minn ta’ ħdejna.  Dan jgħodd għal kompetittivita’ fil-livell lokali, l-istess irridu naraw kif nirbħu fil-kompetizzjoni fil-livell tas-suq Ewropew u fil-livell tas-suq globali.
Illum din iċ-ċerimonja hija waħda simbolika, iżda warajha għandhaoggettiv.  Dak li nwasslu l-messaġġ li f’kull livell tan-negozju li jekk irridu nikkompetu, rridu wkoll insibu ħin biex intejjbu l-ħsieb tagħna, insibu mument li nkomplu nitgħallmu.
Is-senali ġejja għandha tkun iddedikata għat-taħriġ ta’ l-imprenditorija kemm għal studenti, kemm għal dawk li ser ikunu qed japplikaw għal-liċenzja tan-negozju, kif ukoll għal dawk li qegħdin diga’ fin-negozju.
Il-KunsillMalti għall-Artiġjanat ser ikompli jieħu ħsieb jorganizza opportunitajiet ta’ taħriġ għall-imprendituri u għall-artiġjani, u hekk ser ikun ukoll qiegħed isir għal individwi li huma diġa’ fin-negozju.”
Dawnkienu l-kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici,l-Onor. Edwin Vassallo waqt il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ attendenza lil dawk li pparteċipaw għal Course in Packaging organizzat mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow