Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA BIEX ŻGĦAŻAGĦ TA’ TAĦT IL-21 SENA JATTENDU D-DRESS REHEARSAL TA’ L-OPRA: LA BOHEME

pr904
Date Icon 23/07/2003
Il-Gvernqiegħed jaħdem bis-sħiħ biex iħajjar iż-żgħażagħ jersqu aktar lejn forom ta’ kultura li m’humiex daqstant popolari magħhom.
Danqalu dal-għodu l-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett meta ħabbar inizjattiva li permezz tagħha, iż-żgħażagħ ta’ taħt il-21 sena ser jingħataw l-opportunita jaraw id-dress rehearsal ta’ l-opra La Boheme mingħajr ħlas. Din ser issir fil-Portomaso Marina fid-29 ta’ Lulju.
Il-MinistruMugliett qal li minkejja li dan l-avveniment huwa inizjattiva ta’ imprendituri privati, dan ma jfissirx li l-Gvern m’għandux interess fiha. Hu żied li minbarra li tgħin biex tittejjeb il-perċezzjoni ta’ pajjiżna ‘l hinn minn xtutna, avvvenimenti bħal Opera on the Water, jgħinu biex ikunu sfruttati postijiet madwar Malta  li jistgħu jintużaw bħala sfond għal attivitajiet kulturali.
Il-PeritMugliett żied li l-organizzaturi qed iġibu rappreżentazzjoni artistika ta’ kwalita’ għolja li tinvolvi investiment sostanzjali. Hu qal għalhekk, l-għajnuna tal-Gvern lejn għanijiet bħal dawn hija importanti u tagħmel id-differenza.
Qalukoll li ta’ spiss isir diskors li l-opra hija attivita kulturali għal pubbliku ristrett. Hu żied iżda li l-post speċjali fejn qed tittella’ La Boheme għandu joffri opportunita’ ġdida biex jersaq pubbliku ġdid lejn l-opra.
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u l-Kultura kompla jgħid li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti flimkien mal-organizzaturi ta’ Opera on the Water qed jieħdu inizjattiva biex żagħżagħ ta’ taħt il-21 sena jitħallew jattendu d-‘dress rehearsal’ b’xejn. Din l-inizjattiva hija ntenzjonata biex tressaq l-opra lejn il-ġenerazzjonijiet li qed jilhqu. Hu qal li l-fatt li l-opra La Boheme ser issir f’ambjent tant differenti għandha tiftaħ il-bibien għal żgħażagħ li x’aktarx ma kienux jattendu kieku din l-opra kellha ssir f’teatru. Hu kompla jghid li b’din l-opportunita li ser jingħataw, ż-żgħażagħ ser japprezzaw li l-opra m’hix xi ħaġa li tappella biss għall-ġenerazzjonijiet akbar.
Il-Ministrutemm jgħid li l-Gvern qiegħed jagħti priorita’ lit-tkattir tal-apprezzament tal-kultura fost iż-żgħażagħ u li dan l-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ modi innovattivi. Hu qal li persważ li Opera on the Water ser tagħmel propju dan.
Intant,il-preparamenti għal Opera on the Water qed ikomplu b’pass mgħaġġel. Il-bini tal-istage fil-Marina ta’ Portomaso issa beda, filwaqt li l-kantanti liriċi li ser jieħdu sehem ser jaslu aktar tard din il-ġimgħa. L-orkestra mistennija tasal kmieni l-ġimgħa d-dieħla.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow