Left arrow Mur Lura

Malta u s-Slovenja jiffirmaw trattat ta’ koperazzjoni fil-glieda kontra l-kriminalita’ organizzata

pr901
Date Icon 22/07/2003
Shubija fl-Unjoni Ewropea bl-ebda mod ma xxekkel ftehim u relazzjonijietbilaterali bejn zewg pajjizi membri. Dan stqarru l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg, meta fi tmiem il-gimgha li ghaddiet iffirma trattat ta’ koperazzjoni bejn Malta u s-Slovenja fil-glieda kontra l-kriminalita’ organizzata. Il-ftehim gie iffirmat wara laqgha li l-Ministru Tonio Borg kellu mal-Ministru ta’ l-Intern Sloven, Dr. Rado Bohinc f’Ljubljana.
Waqt il-laqgha bejn iz-zewg ministri giet diskussa s-shubijafl-Unjoni Ewropea u l-opportunitajiet li din toffri liz-zewg pajjizi li f’certi aspetti jixbhu lil xulxin. Il-Ministru Tonio Borg qal li bhala shab futuri, huwa tajjeb li z-zewg pajjizi jsiru jafu lil xulxin iktar mill-qrib. Iz-zewg Ministri tkellmu ukoll dwar il-problema ta’ immigrazzjoni llegali u kif din tolqot liz-zewg pajjizi.
Minn naha tieghu, il-Ministru Bohnic qal li Malta us-Slovenja ghandhom relazzjonijiet eccellenti u rrimarka fuq il-fatt li kemm il-Presidenti kif ukoll il-Prim Ministri ta’ Malta u s-Slovenja ghamlu zjarat ufficjali fiz-zewg pajjizi rispettivi. Huwa sahaq li l-kriminalita’ organizzata m’ghandiex fruntieri u ghalhekk hija ta’ importanza kbira li l-pajjizi jghinu lil xulxin biex din tingheleb.
Tul iz-zjara tieghu fis-Slovenja, il-Ministru Borgiltaqa’ ukoll mal-Ministru ghall-Gustizzja, Ivan Bizjak.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow